Chicken nuggets bil-patata mgħollija
Chicken nuggets huma fost l-aktar ikel popolari mat-tfal. Forsi minħabba t-togħma, għax isiru malajr jew minħabba illi jkunu żgħar u jkun aktar faċli għalihom li jikluhom. Hawn ġenituri li ma tantx ikunu favur li t-tfal tagħhom jieklu chicken nuggets. Imma f’din ir-riċetta sempliċi, tistgħu naraw kif nistgħu noffru lit-tfal tagħna chicken nuggets bnini, magħmula b’ingredjenti li tajbin għal saħħithom. Dawn nistgħu inservuhom ma’ patata msajra xi ftit differenti mis-soltu
Ingredjenti (chicken nuggets)
10 mgħaref frak tal-ħobż – Lamb Brand & Loaded Pantry
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa – Attard & Co.
3 mgħaref ġobon Grana Padano – Attard & Co.
Sider tat-tiġieġ – Churchill Master Butchers
nofs kuċċarina melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
nofs kuċċarina bżar iswed mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
Metodu
1) Qatta’ t-tiġieġ f’biċċiet żgħar (daqs li normalment tkun chicken nugget)
2) F’bieqja ħallat sew l-ingredjenti kollha flimkien
3) Poġġi il-biċċiet tat-tiġieġ f’dixx u aħmi għal 15 -il minuta
Ingredjenti għall-patata
Ftit patata żgħira – Catania & Cini LTD
Ftit salami mqatta’ – Attard & Co. & Edrini
Basla – Catania & Cini LTD
Kuċċarina mustarda – Attard & Co.
mgħarfa żejt taż-żebbuġa – Lamb Brand & Loaded Pantry
nofs kuċċarina melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
mgħarfa meraq tal-lumi
Ftit tursin – Catania & Cini LTD
Metodu
1) Għalli l-patata għal madwar għoxrin minuta
2) Aħsilha sew u aqsamha minn nofs. Ħalliha bil-qoxra
3) F’bieqja poġġi il-basla mqatta’ rqiq, salami mqatta’, mustarda, melħ, meraq tal-lumi u tursin mqatta’
4) Żid il-patata magħhom
5) Servi kollox ma’ chicken nuggets
Ara dan il-filmat tat-tisjira