Dalwaqt! Attività għall-familja kollha fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa

Iva sewwa qrajtu, propju fil-15 ta’ Settembru 2024, se tkun qed tiġi organizzata attività għall-familja kollha fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa.
Jekk tixtieq ħarġa mill-isbaħ mal-familja tiegħek propju qabel ma jerġa’ jibda iż-żmien tal-iskola, mela din l-attività ser tkun waħda ideali. Mill-5pm ‘il quddiem, Saving Our Blue u d-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli se jkunu qed jorganizzaw sensiela ta’ attivitajiet fuq din il-bajja.
Apparti li titgħallmu aktar dwar il-bżonn li nipproteġu l-baħar u l-ħajja tal-kreaturi li jgħixu fih, se jkun hemm diversi attivitajiet fosthom realtà virtwali, face painting, bouncy castle, mużika minn diversi artisti lokali, ikel, xorb u divertiment.
Daħħluha fil-kalendarju, ħalli żgur ma tinsewx! Narawkom!