Dan l-għaġeb kollu…Oasis min jaħbtu?

 Dan l-għaġeb kollu…Oasis min jaħbtu?

Għal ħafna persuni li jħobbu l-mużika Rock/Britpop, l-aħbar li l-grupp Oasis ser jingħaqad mill-ġdid intlaqgħet tajjeb immens. Għal oħrajn li jaf kienu għadhom jitwieldu meta l-grupp kien qed joħroġ il-kanzunetti tiegħu, l-aħbar intlaqgħet bid-domanda: “Dan l-għaġeb kollu…Oasis min jaħbtu?”

Tinkwetaw xejn, f’dan l-artiklu se ngħidulkom ftit aktar dwar dan il-grupp, li bejn l-1991 u l-2009 ddomina x-xena mużikali Britpop, u saħansitra ġie mlaqqam bħala wieħed mill-aktar gruppi ta’ suċċess modjali f’dan il-ġeneru. 

Il-grupp Oasis se jkun qed jerġa’ jingħaqad għal sensiela ta’ kunċerti fl-2025 wara 15-il sena minn meta ddeċidew li jisseparaw! Jidher li ż-żewġt aħwa, Liam u Noel Gallagher irranġaw wara l-argument jaħraq li kellhom waqt il-fesival tar-Rock En Siene f’Pariġi lura fl-2009. Argument li kien wassal sabiex il-grupp jieqaf jipproduċi mużika għal dawn is-snin kollha.

Minkejja li ilu ma joħroġ mużika ġdida, il-kanzunetti tiegħu xorta waħda baqgħu popolari matul is-snin. Infatti fuq Spotify, il-kanzunetti tal-grupp ndaqqew għal aktar minn 7 biljun darba. Skond kworb.net, il-261 kanzunetta li l-grupp għandu fuq Spotify jindaqqu aktar minn 5 miljun darba kuljum! Dawn t’hawn taħt huma l-aktar 10 kanzunetti tagħhom li kisbu suċċess matul is-snin skond Spotify.

10 – Don’t Go Away

9 – Half the World Away

8 – She’s Electric

7 – Supersonic

6 – Stand By Me

5 – Live Forever

4 – Stop Crying Your Heart Out

3 – Champagne Supernova

2 – Don’t Look Back In Anger

1 – Wonderwall

 

Caption: Ara x’inhuma l-10 diski l-aktar popolari tagħhom minn hawn! Għidulna fil-kummenti jekk taħsbux li dan il-grupp huwa tal-ġenn jew overrated!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com