Diski tal-Eurovision li Kwaaaażi Rebħu – Hawn Qeda l-Favorita Tiegħek?

 Diski tal-Eurovision li Kwaaaażi Rebħu – Hawn Qeda l-Favorita Tiegħek?

Il-Eurovision huwa l-festival mużikali li l-Maltin jistennew b’ħerqa kbira sena wara sena. Għalkemm għadna ma rbaħniex, kellna diversi kanzunetti Maltin li għamlu suċċess kbir fuq livell Ewropew u anke stabbilixxew lil Malta fil-qasam tal-mużika internazzjonali. Ejja nagħtu ħarsa lejn il-kanzunetti Maltin li ħallew l-akbar impatt fil-Eurovision.

Chiara – Angel (2005)

Chiara idola ta’ ħafna Maltin, u bil-kanzunetta Angel waslet lil Malta sat-2 post. Din il-kanzunetta emozzjonali għadha mfakkra bħala waħda mill-aqwa rappreżentazzjonijiet Maltin.

Ira Losco – 7th Wonder (2002)

Fl-2002, Ira Losco klassifikat lil Malta fit-2 post b’7th Wonder. Din kienet waħda mill-akbar suċċessi tagħna, u għamlet lil Ira ikona tal-mużika Maltija.

Gianluca Bezzina – Tomorrow (2013)

Gianluca u l-kanzunetta tiegħu Tomorrow, kanzunetta ferrieħa u moderna li għoġbot lil ħafna nies. Il-kanzunetta waslet sat-8 post fil-finali!

Destiny – Je Me Casse (2021)

Destiny b’Je Me Casse, kienet waħda mill-favoriti u kien imbassar li ser tirbaħ l-finali. Għalkemm spiċċat fis-7 post, kienet waħda mill-aktar kanzunetti suċċess f’dawn l-aħħar snin.

Mary Spiteri – Little Child (1992)

Waħda mill-ewwel suċċessi Maltin fil-Eurovision. Mary Spiteri bil-kanzunetta Little Child waslet lil Malta fit-3 post, u din l-interpretazzjoni għadha mfakkra sew minn ħafna Maltin.

Claudette Pace – Desire (2000)

Claudette Pace waslet sat-8 post fl-Eurovision tal-2000 b’din il-kanzunetta vibranti u mimlija enerġija. Desire kienet u tibqa’ waħda mill-favoriti ta’ ħafna.

Thea Garrett – My Dream (2010)

Fl-2010, Thea Garrett kienet irrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta My Dream. Għalkemm ma waslitx sal-finali, l-interpretazzjoni tagħha kienet ferm apprezzata.

Mike Spiteri – Keep Me In Mind (1995)

Mike Spiteri bil-kanzunetta bellezza Keep Me In Mind ġab lil Malta fl-10 post fl-Eurovision tal-1995. Il-vuċi qawwija ta’ Mike għamel din il-kanzunetta waħda mill-aktar memorabbli tas-snin 90.

Amber – Warrior (2015)

Amber irrapreżentat lil Malta fl-2015 bil-kanzunetta Warrior, għalkemm ma waslitx sal-finali, kienet kanzunetta b’saħħitha u għamlet impressjoni kbira fuqna l-Maltin.

Fabrizio Faniello – Another Summer Night (2001)

Fabrizio Faniello għamel suċċess b’din il-kanzunetta ferrieħa u pożittiva li waslet lil Malta sal-9 post fl-2001.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com