Erba’ festivals li jafu jimpressjonawk

 Erba’ festivals li jafu jimpressjonawk

Tista’ tgħid li kuljum, fid-dinja jiġu organizzati attivitajiet tal-massa, attivitajiet interessanti illi jiġbdu mhux biss ammont ta’ spettaturi imma ukoll ta’ parteċipanti. Hawn min saħansitra jsiefer sabiex jattendi dawn l-attivtajiet. L-attivitajiet ivarjaw minn dawk kulturali, sportivi, għal attivitajiet kulturali

Imma jekk xbajt tara l-istess attivitajiet, tajjeb li tkun taf li hawn ħafna attivitajiet differenti. Dawn huma fost l-aktar festivals “ mhux tas-soltu” li jiġu organizzati madwar id-dinja

1) Il-Festival ta’ San Juan De La Vega isir fil-Messiku. Il-parteċipanti li jieħdu sehem f’dan il-festival jippreparaw xi splussiv id-dar, u jeħduh magħhom fil-post fejn isir il-festival. Imbagħad jużaw martell u jsabbtu fuq dak li jkunu ppreparaw u joħolqu splużjoni . Jekk biħsiebek tattendi, tinsiex tieħu miegħek earplugs, xi nuċċali kif ukoll xi ħaġa biex l-effetti tal-isplużjonijiet bħal xi duħħan ma jidħolx f’ħalqek u mnieħrek

2) Pierced sword ladder festival isir f’Hunan fiċ-Ċina fejn il-parteċipanti jridu jitilgħu sellum. Xejn diffiċli ħlief li l-iskaluni jkunu magħmulin minn xfafar. Ovvjament, il-biċċa xogħol trid tagħmilha ħafi. Il-parteċipanti jispiċċaw b’diversi qatgħat f’saqajhom. Dan il-festival tradizzjonali jfakkar il-qlubija u s-saħħa tal-parteċipanti

3) U jekk għandek xi problema pendenti ma’ xi “ħbieb” jew ġirien, dejjem tista’ ssolviha waqt it-Takanakuy festival li jsir fil-Peru. Argument jissolvew billi l-parteċipanti jiltaqgħu f’dan il-festival u jispiċċaw jagħtu daqqiet ta’ ponn lil xulxin. Referees ikunu preżenti, imma dan ma jiggarantix illi ħadd ma jweġġa’

4) Fi Spanja ukoll isir festival interessanti ħafna. Fiesta De Marta De Ribarteme isir sabiex ifakkar lil dawk il-persuni li matul is-sena kienu f’xifer i-mewt. Dawn in-nies jimteddu fi twiebet u jinġarru f’purċissjoni fit-toroq tal-lokal

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com