Fenek il-forn
Wieħed mill- platti tradizzjonali ta’ Malta żgur huwa l-fenek. Forsi l-aktar mod popolari kif jittiekel dan il-laħam huwa jew stuffat jew moqli. U xi ftit spagetti maz-zalza tal-fenek stuffat ukoll jinżel tajjeb ma’ ħafna.
Imma moqli jew stuffat m’humiex l-uniċi għażliet ta’ kif nistgħu insajjru l-fenek. Metodu ieħor li jiġi veru tajjeb huwa meta nsajjru il-fenek fil-forn. Jekk qatt m’għamiltu, nissuġġerilek issegwi din ir-riċetta sempliċi ta’ kif tista’ isservi il-fenek lil familja tiegħek
Ingredjenti
Dqiq Plain “0” – Lamb Brand & Loaded Pantry
Fenek imqatta’ – Churchill Master Butchers
Żejt taż-żebbuġa – Coppini Diago Chef Attard & Co
Patata mqatta’ – Catania & Cini
Faqqiegħ imqatta’
Basla imqatta’ – Catania & Cini
Zunnarija imqatta’ – Catania & Cini
Kuċċarina ħwawar tal-fenek – Lamb Brand & Loaded Pantry
nofs kuċċarina Paprika – Lamb Brand & Loaded Pantry
nofs kuċċarina curry – Lamb Brand & Loaded Pantry
2 sinniet tewm
Mgħarfa ħwawar imħallta – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar u melħ għat-togħma – Lamb Brand & Loaded Pantry
Flixkun polpa tat-tadam – Molisana Attard & Co
Litru stokk tal-laħam
Metodu
1) F’reċipjent ftit fond itfa’ d-dqiq. Żid il-biċċiet tal-fenek u ħawwad b’tali mod li l-laħam tal-fenek jinkesa bid-dqiq
2) F’taġen, saħħan ftit żejt taż-żebbuġa u aqli il-biċċiet tal-fenek fih
3) F’dixx poġġi il-patata, zunnarija u tewm
4) Poġġi l-biċċiet tal-fenek u l-ħwawar
5) Itfa’ il-polpa tad-tadam u l-ilma tal-istokk
6) Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 180 grad għal 45 minuta
7) Oħroġ mill-forn. Ħawwad u żid il-faqqiegħ
8) Kompli sajjar għal nofs siegħa oħra
Agħfas hawn għall-filmat tar-riċetta