Fl-2007 kien sar l-iżgħar serial killer fid-dinja
Kull delitt li jseħħ huwa ikrah. Ifisser telf ta’ ħajja qabel iż-żmien. Imma meta jkun jinvolvi t-tfal huwa iktar ikrah, kemm jekk ikunu vittmi, u anki jekk ikunu l-persuna responsabbli għall-mewt ta’ xi ħadd. Għal dawk li għandhom ċerti eta’ , żgur li jiftakru l-każ ta’ James Bulger li seħħ f’Liverpool fl-1993, meta tifel żgħir kien inqatel minn 2 itfal ta’ ftit aktar minn għaxar snin.
Kien każ li kexkex id-dinja, u l-midja li kien hawn dak iż-żmien tat importanza kbira dan id-delitt. Imma dan il-każ la kien każ fejn il-vittma kien l-iżgħar persuna, u lanqas fejn il-qattiela kienu l-iżgħar. Kien hemm vittmi iżgħar u qattiela iżgħar, u fost dawn il-qattiela tfal kien hemm min qatel aktar minn darba, bl-iżgħar serial killer ikun l-Indjan Amarjeed Sada
Sada hu magħruf li sakemm kellu 8 snin, fl-2007 wettaq tlett delitti, kollha tfal membri tal-familja tiegħu jew ġirien. L-ewwel delitt li wettaq kien meta qatel lil kuġintu, tarbija. Zitu kienet ħallietha miegħu għal ftit ħin u hu beda joqrosha u jagħtiha xi daqqiet. X ħin bdiet tibki, faga lit-tarbija. Ingħad illi dan id-delitt ma kienx irrapurtat lill-pulizija
It-tieni vittma ta’ Sada kienet oħtu stess, tarbija li kien għad kellha biss tmien xhur. Sada faga lill-oħtu, waqt li t-tielet vittma kienet it-tarbija tal-ġara. Hu mhux biss ammetta d-delitt, imma wera lil pulizija fejn kien difen it-tarbija
Sada kien ġie maqful f’orfonatrofju għat-tfal, imma nħeles meta kellu sittax-il sena, meta ingħata ukoll identita ġdida