Għaġin biz-zalza tat-tonn frisk

 Għaġin biz-zalza tat-tonn frisk

Għal ħafna nies, mhux l-ewwel darba li ltaqgħu ma’ riċetta fejn ikunu sajjru għaġin bit-tonn. Imma ħafna riċetti jużaw it-tonn taż-żejt. F’din ir-riċetta, it-tonn li se jintuża huwa dak frisk. Riċetti oħrajn li jinkludu it-tonn, jippreżentaw platti ta’ għaġin kiesaħ. F’din ir-riċetta, għandha ikla bnina ta’ tonn frisk, imħawwra b’diversi ħwawar differenti,krema, flimkien ma’ għaġin u servuta sħuna

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti

Biċċa tonn friska – Catania Fisheries
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Melħ u bżarLamb Brand & Loaded Pantry
Żewġ sinniet tewm imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Basla imqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
Pakkett għaġinLa Molisana, Attard & Co
2 faqqiegħ imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Żewġ imgħaref żebbuġ calamatta
Nofs kuċċarina paprikaLamb Brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina ċili mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina ħwawar imħalltaLamb Brand & Loaded Pantry
Bott polpa tad-tadamLa Molisana, Attard & Co
250 millilitru krema friska

Metodu

1) Qatta’ it-tonn ftisk f’biċċiet żgħar
2) Ħawwar it-tonn bi ftit melħ u bżar
3) F’taġen, saħħan ftit żejt taż-żebbuġa
4) Itfa’ t-tonn fit-taġen u ħallih itektek għal ftit minuti. Warrab fil-ġenb
5) F’borma ibda għalli l-għaġin
6) Fit-taġen qalli t-tewm, basal u faqqiegħ, u żid mgħarfa kunserva
7) Żid ftit żebbuġ, il-ħwawar imħallta , ċili u l-paprika u ħawwad sew
8) Żid it-tadam, ftit bżar u melħ, u l-krema
9) Ħawwad sew u żid il-biċċiet tat-tonn. Ħawwad sakemm il-biċċiet tat-tonn jinkesa kollu biz -zalza
10) Żid l-għaġin fit-taġen. Ħawwad u servi

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com