Għaliex ċertu nanniet ma jkunux iridu jżommu lin-neputijiet?

 Għaliex ċertu nanniet ma jkunux iridu jżommu lin-neputijiet?

Post li tpoġġiet fuq grupp fuq Facebook riċentament irrakkuntat l-istorja ta’ mara li l-ġenituri tagħha ma jridux iżommulha lit-tfal tagħha waqt li hi tkun qed taħdem. Din qajmet diskussjoni sħiħa u interessanti dwar l-irwol tan-nanniet fid-dinja tal-lum.

Waqt li ħafna jistennew li n-nanniet jaħtfu l-opportunità biex jieħdu ħsieb lin-neputijiet, ir-realtà ħafna drabi hija aktar ikkumplikata minn hekk. In-nanniet moderni sar għandhom ħajja bieżla, fejn iridu jlaħħqu max-xogħol, il-ħajja soċjali tagħhom u l-impensji personali. Dettalji li jaf joħolqu fihom sens ta’ frustrazzjoni meta t-tfal tagħhom iħarsu lejhom bħala babysitters flok in-nanniet.

Waħda mir-raġunijiet għaliex in-nanniet ma jkunux iridu jżommu lin-neputijiet hija sempliċement l-għajja. Huma diġà għaddew snin twal ikabbru lil uliedhom, u fl-età tagħhom, forsi jarawha bi kbira li jieħdu ħsieb tfal żgħar mill-ġdid. Psikologi internazzjonali jgħidu li ħafna min-nanniet iħossu li jkun wasal iż-żmien fejn igawdu parti minn ħajjithom mingħajr stress u mingħajr il-ħsieb konsistenti li jridu jieħdu ħsieb it-tfal.

Raġuni oħra tista’ tkun il-biża li jieħdu ħsieb tfal żgħar. Nanniet li forsi ilhom ma jkunu madwar it-trabi jħossuhom ansjużi meta jitħallew waħedhom magħhom. 

Jekk qed tħossok diżappuntant wara li l-ġenituri tiegħek qalulek li ma jixtiequx iżommu lit-tfal, għandek titkellem magħhom b’mod miftuħ u mingħajr preġudizzji sabiex tifhem x’inhi r-raġuni wara dan. Imbagħad, sib modi alternattivi kif tista’ tinkludihom, bħal xi ħruġ bil-familja jew attivitajiet li ma joħolqux pressjoni żejda u li jaqblu mal-interessi tagħhom.

Fl-aħħar mill-aħħar, il-paċenzja u l-komunikazzjoni huma ċ-ċwievet għal kollox.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com