Gilbert, L-Għira ta’ Kulħadd…Litteralment!💸🚗

 Gilbert, L-Għira ta’ Kulħadd…Litteralment!💸🚗

Jekk għadek ma smajtiex, għandek bżonn tisma’ l-istorja ta’ Gilbert, il-Malti li rebaħ mhux biss karozza mill-isbaħ, imma wkoll somma sabiħa ta’ flus permezz ta’ kompetizzjoni fuq TikTok!

Meta taħseb f’karozza perfetta, x’tiġi f’moħħok? Mercedes AMG GT, forsi? Gilbert għamel il-ħolma tiegħu realtà permezz tal-kompetizzjoni tal-paġna famuża fuq TikTok, @wheelzonee. Il-karozza waħedha tiswa aktar minn €100,000! Mhux biss sbuħija, imma magna verament tal-ġenn.

Pero, mhux biss rebaħ karozza sabiħa, imma fiha sab ukoll €24,000 flus kontanti! Forsi qed taħseb x’jista’ jagħmel bihom? Jista’ agħmel l-iktar btala epika jew jixtri l-aħjar aċċessorji għall-Mercedes il-ġdida tiegħu? Jew forsi jirrilassa u jgawdi ftit iktar minn ħajja komda. L-għażliet huma infiniti!

Il-mument ikoniku meta Gilbert qal, “Is this happening right now?!”- qas ried jemmen li din ir-rebħa hija realta’. L-emozzjoni tiegħu kienet fuq livell ta’ barra minn hawn. Din kienet mhux biss rebħa, imma wkoll ħolma li saret realtà f’temp ta’ minuta. U tista’ tara l-ferħ tiegħu f’video li sar virali b’aktar minn 50,000 persuna li rawh!

Mela, lest li tirbaħ il-Mercedes AMG tiegħek jew xi somma sabiħa ta’ flus? Int taf fejn trid tagħti ċans… TikTok!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com