Ħaruf bit-Tikka Masala
Żgur illi dawk illi jħobbu l-ikel stil Indjan, xi darba jew oħra daqu it-Tikka Masala, platt illi jmur tajjeb ma’ laħam differenti bħat-tiġieġ u l-ħaruf. F’sondaġġ li kien sar fl-Ingiterra, kienet ħarġet il-popolarita ta’ dan il-platt, hekk kif it-Tikka Masala kien ħareġ bħala t-tieni l-aktar platt barrani favorit
U jekk ħsibtu li r-restoranti biss kapaċi jsajru dan il-platt, jew li hu kkumplikat biex issajru, mhux aħjar tipprova din ir-riċetta tal-ħaruf fit-Tikka Masala u tara kemm hu sempliċi?
Ingredjenti
3 sinniet tewm – Catania & Cini LTD
Greek Yogurt naturali – Attard & Co.
Tikka Masala Spice – Lamb Brand & Loaded Pantry
Lumija magħsura – Catania & Cini LTD
Bżar iswed mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
400 gramma ħaruf – Churchill Master Butchers
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co.
Basla – Catania & Cini LTD
Kuċċarina kunserva
Flixkun Passata tat-tadam – Attard & Co. & La Molisana
200 milli litru ilma
250 millilitru krema
Ross
Metodu
1) F’bieqja itfa’ żewġ sinniet tewm, il-greek yougrt, magħrfa Tikka Masala spice, il-meraq tal-lumi u ftit bżar
2) Ħawwad dawn l-ingredjenti sew u żid il-laħam tal-ħaruf imqatta’
3) Erġa’ ħawwad biex il-ħaruf kollu jinkesa bit-taħlita
4) F’dixx midluk biż-żejt taż-żebbuġa itfa t-taħlita u ggrilja fil-forn għal ħmistax-il minuta
Sakemm għandek il-ħaruf fil-forn, f’taġen separat:
5) Qalli l-basla imqatta’ rqiqa u sinna tewm imqatta’
6) Żid kuċċarina Tikka Masala Spice u kuċċarina kunserva
7) Ħawwad sew u żid il-passata tat-tadam, l-ilma u l-krema. Erġa’ ħawwad l-ingredjenti sew
8) Żid il-biċċiet tal-laħam tal-ħaruf u servi ma’ ross mgħolli
Agħfas hawn għal filmat tar-riċetta