Iddardrek il-karozza? Ara x’għandek tagħmel biex tivvjaġġa aħjar
Hawn diversi persuni li jbatu minn dik li jgħidulha motion sickness meta jkunu qed jivvjaġġaw bil-karozza, bit-tren u anke b’xi dgħajsa. Dan ifisser li l-vjaġġ tagħhom ikun wieħed pjuttost skomdu. Madanakollu, tobba jgħidu li hemm modi kif tista’ tikkontrolla dan it-tip ta’ dardir, partikolarment meta tifhem x’inhuma s-sinjali li qed jagħtik ġismek f’dawn is-sitwazzjonijiet.
- Għażel il-pożizzjoni fejn tpoġġi
Meta tpoġġi f’ċertu postijiet fil-karozza tista’ tnaqqas l-effetti tal-motion sickness. L-aħjar postijiet fejn tpoġġi fil-karozza huwa fuq quddiem, il-movimenti fuq wara tal-karozza jinħassu aktar.
- Uża xi soluzzjonijiet jew mediċini apposta
Mediċini bħal dramamine, benadryl u meclizine jistgħu jgħinu jnaqqsu d-dardir. Madanakollu jistgħu jġiegħeluk tħossok għajjien u għalhekk għandhom jintużaw b’kawtela u meta rrakkomandati minn tabib.
- Ixrob ta’ spiss
Meta wieħed jixrob biżżejjed ilma u jevita kafeina, alkoħol u tipjip jikkontrolla aktar kif iħossu meta jivvjaġġa. Meta tkun deidratat tista’ tiggrava s-sintomi. Allura ara li tixrob biżżejjed ilma kemm qabel, kif ukoll waqt il-vjaġġ.
- Aljena lilek inniffsek
Ħu nifsijiet fil-fond u isma’ mużika li tikkalmak biex taljnea moħħok mill-effett tal-movimenti u tnaqqas id-dardir.
- Kun af meta għandek tfittex l-għajnuna
Filwaqt li l-motion sickness ġeneralment tgħaddi malajr, jekk tibqa’ tħoss dardir, sturdament u tirremetti frekwentament jista’ jkun li għandek xi kundizzjoni aktar serja. Tkellem ma’ tabib.