Il-Hooligan Se Jsir Papa! Gender Reveal B’Sorpriża Kbira 👶🏻🎉

 Il-Hooligan Se Jsir Papa! Gender Reveal B’Sorpriża Kbira 👶🏻🎉

Il-rap legend lokali, Johnston Farrugia, magħruf aħjar bħala Hooligan, jew Hooli għall-aktar qrib tiegħu, qed iħejji għal wieħed mill-akbar kapitli ta’ ħajtu – isir missier! F’Awwissu, Hooli ħabbar b’mod totalment oriġinali li se jkollu tarbija – u kif jista’ jkun differenti? Naturalment, bir-ritmu u l-versi li jaf jagħmel hu biss.

Il-bieraħ, waqt gender reveal spettakolari, il-koppja ħabbret li baby Hooli se jkun tifel! Mument tassew mimli ferħ u eċċitament.

Ħafna qed jistaqsu – tgħid se jkun qed jieħu l-passi ta’ missieru u jkompli jgħolli x-xena ta’ hip hop Malti? Il-ġenituri ħadu l-opportunità jiktbu fuq il-midja soċjali, “Naqsmu wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajjitna magħkom”

Mindu ħareġ bl-album leġġendarju tiegħu “Originali Bħali” lura fl-2003, Hooligan dejjem baqa’ fix-xena lokali. Issa mhux biss ser ikun missier lir-rap Malti, iżda wkoll missier ta’ tifel, li probabbli diġà qed iħejjilu mik u kif isir rapper leġġendarju bhalu!

Awguri kbar lil Hooli u l-maħbuba tiegħu għal dan il-vjaġġ eċċitanti – għax jekk xi ħadd jaf kif jagħmel kollox cool, huwa żgur Hooligan!

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com