Il-klieb kapaċi jindunaw b’dawn l-affarijiet minkejja li jkunu għadhom il-bogħod
Normalment, aħna l-umani, nevalwaw dak li jkun qiegħed jiġri madwarna billi nosservaw b’għajnejna. Ħafna annimali, inkluż il-klieb, kapaċi jevalwaw sitwazzjoni grazzi għas-sens qawwi ta’ xamm li għandhom. Grazzi għax- xamm, il-klieb kapaċi jindunaw b’affarijiet ħafna qabel il-bniedem
Fost l-affarijiet li klieb huma kapaċi jxommu insibu:
1) Il-gideb- Għal klieb m’hemmx bżonn lie detector sabiex jindunaw li xi ħadd qiegħed jigdeb. Studju li sar ikkonferma li l-klieb kapaċi jindunaw meta il-bniedem ma’ jkunx qiegħed jgħid il-verita
2) Insetti – Il-klieb kapaċi jindunaw b’insetti żgħar anki jekk ma tantx ikunu jdhru. Hawn kumpaniji illi jħarrġu apposta dawn il-klieb sabiex ikunu jidentifikaw fejn hemm termites u bedbugs
3) Diżastri naturali- Ovvjament din mhux ippruvata bix-xjenza. Ħadd mhu se joqgħod jesperimenta bil-klieb waqt xi terrimot. Madankollu kien osservat illi l-klieb jilħqu jitilqu minn postijiet qabel ma jseħħħ xi terrimot jew Tsunami
4) Tqala- Jingħad li l-klieb kapaċi jindunaw minn kmieni meta sidthom tkun qed tistenna tarbija. Il-klieb kapaċi jxommu it-tibdil fl-ormoni tal-mara. U meta tkun waslet sabiex twelled, jafu jbiddlu l-atteġġament tagħhom ukoll
5) Maltempati- Il-klieb kapaċi li jindunaw li ġejja maltempata minn kmieni. Jista’ jkun għax is-smiegħ tal-klieb huwa madar għoxrin darba aktar qawwi minn tagħna l-umani. Imma apparti, il-klieb jafu jkunu xammew id-differenza li l-elettriku tas-sajjetti jkun għamel fl-arja
6) Kanċer- Xi studju sabu li klieb kapaċi jindunaw meta jkun hemm xi kanċer tal-prostata. Ovvjamnet il-klieb iridu jkunu mħarrġa apposta
7) Zokkor fid-demm- Il-klieb kapaċi jindunaw meta l-umani jinżlilhom il-livell ta’ zokkor id-demm. Dan jista’ jkun utli għal persuni li jbatu bid-dijabete. Il-klieb kapaċi jxommu kemm in-nifs, kif ukoll il-ġilda li jkunu qed jarmu riħa differenti meta l-livell taz-zokkor jinżel
8) Biża’- Din forsi l-aktar waħda li ġieli smajna. Għal dawk li jibżgħu mill-klieb, min jaf kem qalulhom biex ma jiġrux għax il-kelb ixommhom li qed jibżgħu. Meta tibża, il-ġisem jarmi l-adrenalina u il-qalb tħabbat aktar malajr. U l-klieb malajr jaslu għal konklużjoni li quddiemhom għandhom persuna li qed tħossha mhedda minnhom