Imnieħrek ibblokkat? 11-il rimedju biex torqod aħjar
L-allerġiji reġa’ wasal żmienhom, u waħda mill-effetti tagħhom hija propju meta jibblokkalek imnieħrek. Hawn taħt se nsemmulkom 11-il rimedju biex tiftaħ imnieħrek u torqod aħjar matul il-lejl.
Rimedji għal matul il-jum
- Żomm lilek inniffsek idratat – ixrob ħafna ilma, u ħu te u brodu. Dawn jgħinu sabiex iraqqu l-mukus u tkun tista’ tieħu nifs aħjar.
- Evita l-fwejjaħ – speċjalment jekk huma qawwijin, dawn jistgħu jirritaw l-imnieħer u jżidu l-ibblukkar. Uża prodotti mingħajr fwejjaħ fejn possibbli.
- Uża spray tal-imnieħer pikkanti – hawn min juża prodotti li fihom il-capsaicin, li ssibha f’ikel pikkanti.
Rimedji għal filgħaxija
- Ixrob it-te tal-kamumilla – Minkejja li mhix kura għall-ibblukkar, dan it-te jista’ jgħinek tħossok rilassat.
- Laħlaħ il-passaġġi tal-imnieħer – uża xi tip ta’ spray bl-ilma bil-melħ jew Neti Pot biex tnaddaf l-akkumulazzjoni tal-mukus.
- Uża humidifier – meta l-arja ta’ madwarek tkun umida tista’ tgħinek traqqaq il-mukus. Ara li tnaddaf il-humidifier ta’ spiss biex tevita l-akkumular tal-moffa.
- Inħasel bl-ilma sħun – meta tinħasel bl-ilma sħun u jiġi ġġenerat il-fwar jgħinek traqqaq il-mukus u tnaqqas it-temperatura tal-ġisem biex torqod aktar faċilment.
- Ipprova l-aromatherapy – uża ż-żejt essenzjali tal-ewkaliptu u l-lavanda biex tnaqqas il-konġestjoni u tippromwovi r-rilassament. Żid ftit qtar fil-humidifier jew fix-xawer.
Eżatt qabel ma torqod
- Żomm rasek mgħollija – żomm rasek fuq imħadda għolja biex tipprevjeni l-mukus milli jeħel fis-sinus.
- Uża l-melatonina – din tgħinek torqod aħjar u tnaqqas l-infjammazzjoni fl-imnieħer.
- Uża nasal strip – din tgħinek iżżomm imnieħrek miftuħ u tieħu nifs aħjar waqt li torqod.