Injokki bil-vodka

 Injokki bil-vodka

Simili tal-għaġin, l-injokki għandhom il-vantaġġ li nistgħu insajruhom b’diversi zlazi differenti. Minkejja li għal din ir-riċetta se jintuża’ ftit alkoħol (vodka) tajjeb li ngħidu li l-ammont użat huwa ftit. Apparti minn dan, ammont minn dan l-alkoħol ser jevapora waqt it-tisjir. Għalhekk l-ammont ta’ alkoħol li wieħed ikun qiegħed jieħu meta jiekol minn din ir-riċetta huwa veru minimu

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti

Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
4 sinniet tewmCatania & Cini Ltd
BaslaCatania & Cini Ltd
3 imgħaref kunservaAttard & Co
Kuċċarina chilli mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
BżarLamb Brand & Loaded Pantry
40 millilitru vodka
250 millilitru krema
Pakkett injokki tal-patataLa Molisana, Attard & Co
Burrata con Latte di BufalaAttard & Co

Għaz-zalza

1) F’taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u qalli t-tewm imqatta’ rqiq. Żid il-basla imqatta’ rqiq ukoll, u kompli qalli

2) Kif tara li tqallew sew, żid il-kunserva u ħawwad sew

3) Żid chili , bżar u l-vodka

4) Żid il-krema

Biex issajjar l-injokki

1) F’borma għalli l-misħun u sajjar l-injokki skont l-istruzzjonijiet li hemm fuq il-pakkett

2) Kif tara li l-injokki saru, saffi u poġġi l-injokki fiz-zalza

3) Poġġi biċċa burrata fuq kull porzjon

Ħawwad sew u servi

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com