Jekk qed tfittex xogħol differenti, ipprova xi ħaġa minn dawn
Kull xogħol huwa importanti, imma hawn xogħlijiet li ħafna nies jistkerrħu. Jew għax mill-ewwel daqqa t’għajn ikun jidher xi ftit moqżież, jew għax perikoluż. Jista’ jkun illi qatt ma tkun smajt li jeżisti dan ix-xogħol. Jekk qed tfittex xogħol differenti, ara jogħġbokx xi ħaġa minn dawn, u nneggozja paga tajba ma’ min se jħaddmek
– Snake milker. Ovvja li s-serp m’għandux ħalib, imma x-xogħol ta’ snake milker hu li joħroġ il-velenu minn ħalq is-sriep sabiex ikun jista’ jiġi żvillupat antidote, antidote li jista’ jsalva l-ħajja ta’ ħafna li jispiċċaw jingidmu minn xi serp
– Dog food taster. Ovvjament il-kumpaniji li jipproduċu l-ikel tal-klieb iridu jkunu ċerti li l-ikel li qed jipproduċu għandu togħma tajba . U min aħjar minn persuna li għandha għal qalbha il-klieb jista’ jagħti parir?
– Odour sniffer. Bħala odour sniffer, xogħlok hu xxomm l-irwejjaħ, u tara li d-deodorant, il-fwieħa u prodotti oħra kosmetiċi jinxtammu tajjeb, u r-riħa ddum mhux ħażin, anki jekk applikat taħt xi abt mimli għaraq
– Professional mourner. Mhux xogħol tqil, għalkemm dejjem isir f’ambjent ta’ dwejjaq. Dawn in-nies jinkrew biex joqgħodu jibku meta jmut xi ħadd. Xejn ġdid, għax fl-imgħoddi, f’ Malta kien isir dan ix-xogħol minn dawk li kienu jissejjħu, “il-bikkejja”
– Professional queuer- Jekk int wieħed minn dawk li tiddejjaq fil-kju, mela dan ix-xogħol ma jgħoddx għalik. Dawn il-ħaddiema jiġu mħallsa sabiex iżommulek il-kju, u jikkuntatjawk meta kważi jkun imissek int.
– Adult toy tester. Kull ġugarell irid jiġi ttestjat, anki dawk tal-adulti. Xogħol il-ħaddiem hu li jara li l-ġugarell jidher sabiħ, huwa sigur, u fuq kollox jagħti r-riżultat li nxtara għalih
– Professional sleeper. Xogħol perfett għal min iħobb jorqod. Xogħol sabiex tara li saqqijiet huma komdi, kmamar ta’ lukandi li jtuk mistrieħ mistħoqq , kif ukoll parteċipazzjoni fi studji dwar l-irqad