Jekk taħdem hawn, mistenni taħdem kuljum sat-tard!

 Jekk taħdem hawn, mistenni taħdem kuljum sat-tard!

Ħafna xogħol fit-tul iwassal għal għeja mill-impjegati u jibdew jaħsbu biex idabbru rashom. Ir-riċerka tikkonferma dan u, fil-fatt, ħafna kumpaniji qed jesperimentaw b’inqas ħinijiet ta’ xogħol biex il-ħaddiema jkunu kuntenti u l-produttività tiżdied.

Biss, kumpanija tat-teknoloġija kbira qed timxi f’direzzjoni opposta; l-impjegati mistennijin ikunu x-xogħol kuljum u jaħdmu sa tard billejl. Minkejja dan l-ambjent stressanti, il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema ma jitilqux.

Qed nitkellmu fuq il-kumpanija NVIDIA, kumpanija li ssawwar software, GPUs u ċipep u għandha sehem qawwi fl-industrija tal-AI.

Għaliex ma jitilqux il-ħaddiema? NVIDIA toffri pagi għoljin b’ħafna bonuses u għalhekk min jaħdem hemm isibha bi tqila jitlaq. Apparti dan, il-kumpanija tagħti lill-impjegati għotjiet ta’ stock li jrendu sew snin wara. Fis-suq tax-xogħol marbut mat-teknoloġija, diffiċli ssib organizzazzjoni li tilħaq rinumerazzjoni finanzjarja qawwija daqs ta’ NVIDIA. Ħadd minnhom ma jrid jitlef il-flus!

Ex ħaddiema tgħid li f’ġurnata kien mistennija tattendi mal-għaxar laqgħat, b’ħafna minnhom jiddiġeneraw f’għajjat u ġlied. Oħrajn isostnu l-allegazzjoni u jżidu li l-kultura tax-xogħol hija ta’ pressjoni kbira.

Jensen Huang, wieħed mill-fundaturi u s-CEO ta’ NVIDIA, jidher li japprova dan l-ambjent għax jgħid li biex tagħmel affarijiet kbar hija diffiċli u trid tbati.

Fis-settur tat-tekonoloġija u l-AI, NVIDIA hija qawwa enormi tant li mill-2019, l-istokk tal-kumpanija sploda bi 3766%; dan ifisser li l-impjegati tal-kumpanija li ilhom involuti mill-inqas ħames snin huma miljunarji! Jekk dan hu minnu, mhux ta’ b’xejn jibqgħu jaħdmu hemm!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com