Jiżżewġu Rebecca Dimech u Nicolas!- Il-Ħolma Ta’ Mħabba Saret Realtà!💖

 Jiżżewġu Rebecca Dimech u Nicolas!- Il-Ħolma Ta’ Mħabba Saret Realtà!💖

Il-koppja li għamlitilna qalbna tixgħel, Rebecca u Nicolas, issa għaddew għall-pass li jmiss fir-relazzjoni tagħhom– iżżewġu! Wara sentejn u nofs mimlijin mumenti sbieħ flimkien, minn Jannar tal-2021 ‘l hawn, din l-imħabba qed tissarraf f’ġurnata ta’ ferħ u ċelebrazzjoni.

Rebecca, li hija magħrufa għat-talent inkredibbli tagħha fix-xena teatrali u televiżiva, pero mhux biss għas-suċċess professjonali tagħha, imma wkoll għall-istil ta’ ħajja vibranti li tgħix. Ħafna minnkom forsi diġà tafuha bħala Georgia mis-serje lokali tant maħbuba Noli. Minn Deċeduti, dramm ikoniku Malti, għal Epic Warrior Women. Aktarx rajtuha anke f’God’s Soldiers – Siege of Malta.

Rebecca bdiet il-karriera tagħha b’audizzjoni għal Deċeduti, min hemm saret waħda mill-aktar atturi magħrufa f’Malta. Hija dejjem tgħid li l-imħabba tagħha lejn id-drammi ġiet mill-familja – għax minn mindu kienet żgħira kienet tikteb u ġġiegħel lil qraba kollha bilfors isegwuha!

Lil hinn mix-xogħol tagħha fuq il-palk, Rebecca għandha passjoni kbira għall-irtokk u l-mudellar. Hi tagħmel filmati fuq il-midja soċjali u tesplora stili u karattri differenti. Għaliha, l-irtokk huwa mod kif tittrasforma ruħha f’karattru ieħor.

Jekk qatt ma kont taf, Rebecca għanda mħabba kbira lejn l-annimali. Hija ħadmet ħafna biex tgħin lil dawk li huma fil-bżonn, ta’ spiss titkellem favur dawk li jieħdu ħsieb l-annimali mitluqa.

Issa, wara din il-karriera mimlija suċċessi, hija bdiet akbar avventura ta’ ħajjitha – tiżżewweġ lil Nicolas – Rebecca qed iżżid aktar episodji ta’ ferħ u mħabba mal-istorja tagħha, u aħna nistgħu biss nifirħu magħhom!

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com