Kejk taċ-ċikkulata

 Kejk taċ-ċikkulata

Xi ħaġa tajba għal wara l-ikel jew ma’ xi kafe’ kulħadd iħobbu. Kultant xi ħaġa li tagħmilha int stess ittik sodisfazzjon doppju. Dan il-kejk taċ-ċikkulata tista’ tagħmlu f’ħin qasir, mingħajr wisq kumplikazzjoni

Ingredjenti għal-kejk

320 grammi zokkor Lamb Brand & Loaded Pantry
285 grammi dqiq Lamb Brand & Loaded Pantry Auntie’s Mix
65 gramma trab tal-kawkaw magħrbul Lamb Brand & Loaded Pantry
6 grammi baking soda Lamb Brand & Loaded Pantry
6 grammi melħ Lamb Brand & Loaded Pantry
2 bajdiet
260 millilitru ħalib
150 millilitru ilma jagħli
kuċċarina trab tal-vanilja Lamb Brand & Loaded Pantry

Metodu

Idlek ir-reċipjent li se ssajjar il-kejk fih bil-butir u poġġi ukoll karta strazza sabiex il-kejk ma jeħilx

F’reċipjent ieħor itfa’ iz-zokkor, dqiq, trab tal-kawkaw, il-baking soda u l-melħ

Ħawwad dawn l-ingredjenti sew

Żid magħhom il-bajd, ħlib, ilma (misħun), vanilja u ħawwad sakemm l-ingredjenti kollha jitħalltu kollha flimkien

Ferra’ kollox fir-reċipjent li se ddaħħal fil-forn u sajjar għal madwar 25-30 minuta f’forn b’temperatura ta’ 180 grad Celcius

Sadanittant, tista’ tilħaq tipprepara il-krema li se timla’ in-nofs tal-kejk biha. L-ingredjenti li għandek bżonn huma:

173 gramma butir Attard & Co
500 gramma ġobon Mascarpone Attard & Co
5 millilitri trab tal-vanilja

Metodu

F’reċipjent ħawwad dawn it-tlett ingredjenti sewwa sakemm issir qisu krema

Kif tkun tara li l-kejk sar sew, oħorġu u aqsmu minn nofs ( bħala saffi).

Idlek kull saff bil-krema

Żejjen il-kejk b’biċċiet ta’ ċikkulata

 

Ara dan il-filmat

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com