Kejkini tal-Banana

 Kejkini tal-Banana

Xi ħaġa b’togħma tajba wara l-ikel iħobbha kulħadd. Imma mhux kulħadd jieħu, għax ħafna nies huma konxji mill-kaloriji, u jippreferu jiċċaħdu minn xi ħaġa b’togħma tajba milli iżidu l-kaloriji. Madankollu, dawn il-kejkini huma magħmula b’ingredjenti li ma fihomx ħafna kaloriji, u lanqas fihom zokkor. Għalhekk żgur illi tistgħu issibuhom bħala sostitut għal xi ħaġa tajba , mingħajr is-sens ta’ ħtija li tkun kilt affarijiet li jħaxxnu.

Ingredjenti

BananaCatania & Cini Ltd
Bajda
Terz ta’ vażett butir tal-karawettAttard & Co
Nofs kuċċarina trab tal-vaniljaLamb Brand & Loaded Pantry
Tlett kwarti ta’ tazza Yuka Rolled Oats (Ħafur)
Nofs kuċċarina trab tal-ħami (Baking powder) – Lamb Brand & Loaded Pantry
ĠellewżLamb Brand & Loaded Pantry

Metodu

Sabiex insajjru din ir-riċetta, huwa tajjeb li nilħqu nsaħħnu l-forn minn qabel fuq temperatura ta’ 190 grad Celcius

F’reċipjent ftit kbir, qatta’ banana u għaffiġha bil-furketta

Żid magħha il-bajda u l-butir tal-karawett

Żid it-trab tal-vanilja u ħawwad l-ingredjenti sewwa flimkien

Żid ir-rolled oats u t-trab tal-ħami

Qassam it-taħlita f’porzjonijiet u agħmilhom fil-karti li fihom jagħmlu l-kejkini

Sajjar fil-forn għal madwar 22- 25 minuta

Kif isiru, dellek ftit butir tal-karawett fuq il-kekjini u ferrex fuqhom ftit ġellewż imfarrak

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com