King Prawns servuti bil-patata u asparagu

 King Prawns servuti bil-patata u asparagu

Għal dawk dilettanti li jieklu il-ħut u frott tal-baħar, il-King Prawns hija waħda mill-ikliet favoriti. Mhux biss għax għandhom togħma vera tajba, imma ukoll għax joffrulna diversi benefiċċji għal saħħitna. Fost il-benefiċċji tal-king prawns, insibu li dawn huma mimlija proteina, kif ukoll fihom vitamini bħal iodine, li jgħin lit-thyroid, Selinium u Zinc li jgħinu s-sistema immunitarja

Ovvjament, il-King Prawns mhux se nikluhom weħedhom, u għalhekk daqsxejn kontorn tajjeb, jinżel għasel

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti (King Prawns)

200 gramma tadam-ċirasa Catania & Cini Ltd
Ħabaq frisk – Catania & Cini Ltd
2 sinniet tewm Catania & Cini Ltd
50 gramma butirAttard & Co
Kuċċarina tewm mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina ħwawar tal-Cajun Lamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina Paprika ħelwa – Lamb Brand & Loaded Pantry
Ftit asparagi friski – Catania & Cini Ltd
King PrawnsCatania Fisheries
Ftit inbid
Lumija

Għall-patata

400 gramma patata żgħira – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa
Bżar

Metodu (King Prawns)

1) F’taġen bi ftit żejt, qalli t-tewm, itfa’ l-butir, ħabaq, Cajun, paprika u ħawwad sew

2) F’borma ilma jagħli, għalli l-asparagi

3) Sadanittant, itfa’ l-king prawns fit-taġen u sajjar fuq nar medju għal madwar 3 minuti fuq kull naħa

4) Żid ftit inbid

5) Agħsar lumija

6) Itfa’ l-biċċiet tad-tadam-ċirasa. Roxx iz-zalza fuq il-king prawns

Metodu (Patata)

1) Aqsam il-patata minn nofs. Ħalliha bil-qoxra

2) Itfagħha fuq tilar, u ferrex fuqha ftit żejt taż-żebbuġa u bżar skont kemm tiggosta

3) Ixwi l-patata fil-forn għal madwar nofs siegħa

Servi l-King Prawns bil-patata u l-asparagu

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com