Kont taf li l-ikel tal-baħar kapaċi jkun fih il-microplastics?
Kont taf? Meta tiekol ħuta hemm possibiltà kbira li tkun qed tiekol il-plastik li tkun ikkunsmat l-istess ħuta mill-baħar…
Platt spaghetti frutti di mare, jew xi biċċa ħuta tajba! Jibda jaqbdek il-ġuħ issemmihom…iżda kont taf li kawża ta’ nuqqas ta’ responsabbiltà tagħna, qed nikkontaminaw l-ikel li nieklu minnu aħna stess?!
Iva, hekk hu…
Il-microplastics jinħolqu meta l-prodotti tal-plastik li nużaw, wara ħafna żmien, jitfarrku. Dan, minkejja l-isforz li sar biex jonqos il-konsum tagħhom. Għalhekk tajjeb li kemm jista’ jkun nippruvaw nnaqqsu l-konsum tal-plastik tagħna li jintuża darba biss.
Kollha kemm aħna għandna d-dmir li nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna, għax mhux biss inkunu qed nagħmlu ħsara lill-ambjent bin-nuqqas ta’ responsabbiltà, iżda nkunu qed nagħmlu ħsara wkoll lilna nfusna.
B’hekk, flimkien ma’ Saving Our Blue, inħeġġukom sabiex mil-lum issibu modi iżjed prattiċi li bihom tevitaw l-użu ta’ plastik li jintuża darba biss, ibda mill-aktar ħaġa sempliċi billi tirriċikla l-plastik li tuża u dejjem armi l-iskart kif inhu xieraq.