L-Aħjar Serje Komiku Malti Tas-Sena? Għall-ewwel darba: Il-Kunsill fuq Tokis!

 L-Aħjar Serje Komiku Malti Tas-Sena? Għall-ewwel darba: Il-Kunsill fuq Tokis!

L-aktar ħaġa eċċitanti li se tkun fuq it-televisions tagħna dan ix-xahar huwa s-serje tal-ġenn; Il-Kunsill! Dan huwa programm li mhux biss se jġib ħafna daħk, imma wkoll se jkun perfett biex tirrilassa wara ġurnata twila. Imma x’inhu dan il-Kunsill eżattament? U għaliex qed jġib dan l-eċċitament kollu?!

Ħaż-Żigg, villaġġ żgħir li qed jirċievi l-awtonomija tiegħu minn Birkirkara, spiċċa b’kunsill lokali ġdid. U min hu l-mexxej tal-kunsill? Ħadd ħlief Dr. Stephen Ebejer, il-huwa rinomat għall-avventuri strambi tiegħu u l-iskemi misterjużi! Ebejer, interpretat minn Matthew Raggio, ġie elett sindku b’vantaġġ ta’ żewġ voti biss. Iva, tnejn! U ovjament, mhux kulħadd kuntent b’dan. Trevor, il-vici-sindku, ser jagħmel minn kollox biex jerġa’ jaħtaf il-poter f’idejh.

Għandna lil Ray, preżentat min Daniel Chircop, u lil sieħbu, il-Piżell interpretat min Chrysander Agius, żewġ ħaddiema jaħdmu l-kunsill, dejjem iqanqlu l-problemi, u lill-omm tal-mexxej, Marthese, li jidher fiċ-ċar li l-passatemp tagħha huwa li tidħol bejn basla u qoxritha. U ma ninswex nsemmu lil Shajen, is-segretarja, biex inpoġġhua bil-pulit, karattru nteressanti għal aħħar.

Il-pulizija lokali, interpretati minn Geos Mifsud u Renald Ciantar, huma parti importanti mill-kaos f’Ħaż-Żigg. Dejjem f’nofs l-inkwiet u b’ċertu innoċenza, is-sitwazzjonijiet dejjem b’xi mod jispiċċaw jinvolvu lilhom. Min-naħa l-oħra, hemm il-kappillan interpretat minn Ian Fenech, magħruf għall-karattru popolari tiegħu ‘il-willy’, li jżid element ieħor ta’ komiċità mas-sitcom. Flimkien ma’ dawn, hemm ukoll ħafna karattri oħrajn li jagħmlu Il-Kunsill sitcom komiku u varjat.

Il-Kunsill se jkun qed jiddebutta t-Tnejn, 30 ta’ Settembru, u kull episodju se jkun 15-il minuta twil. Iva, 15-il minuta ta’ praspar, skandli, u daħk! Tista’ ssibu fuq Tokis fuq Go TV. Żgur se jkun wieħed mill-aktar programmi li se jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku Malti.

Għalhekk, immarka l-kalendarji tagħkom għat-30 ta’ Settembru, għax żgur ma tridx titlifuh!


Klikkja hawn biex tiltaqa mal-karattri

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com