L-akbar 3 serqiet fl-istorja

 L-akbar 3 serqiet fl-istorja

Il-flus huma meħtieġa sabiex ngħixu komdi, nkunu nistgħu naffordjaw xi kapriċċ, inħallsu l-kontijiet, kif ukoll sabiex ikollna xi ħaġa taħt rasna għal meta jinqala’ l-bżonn. Il-maġġorparti kbira tan-nies, imorru għax-xoħol sabiex ikollhom dħul. Madankollu, hawn min il-flus iġibhom bis-serq. Hemm diversi raġunijiet għalfejn persuna jasal jisraq, fosthom il-vizzju, l-abbuż minn xi sustanza, problema ta’ ġuħ jew mard.

L-ammont li jinsteraq waqt serqa ukoll ivarja, minn oġġett ta’ ftit valur (għalkemm xorta ħażin) għal miljuni ta’ Ewro
Dawn huma fost l-akbar tlett serqiet li saru fid-dinja

1) Fi Dresden, il-Ġermanja, il-ħallelin irnexxielhom jitfu is-sistemi ta’ sigurta, jaqtgħu il-ħadid u jisirqu d-deheb li kien hemm fis-safe tal-mużew. F’din is-serqa li seħħet fl-2019, il-ħallelin daħlu fil-Kastell ta’ Dresden u serqu b’valur ta’ aktar minn 900 miljun Ewro, għalkemm iċ-ċifra eżatta huwa diffiċli li tiġi stabbilita. Wieħed mill-oġġetti misruqa kien djamant ta’ 49 Carat. Ta’ min isemmi li ħafna mill-affarijiet misruqa ġew ritornati, u li l-mużew reġa’ fetaħ kompletament f’Awwissu ta’ din is-sena

2) Fl-2003, kien insteraq il-Bank Ċentrali tal-Iraq. Il-valur li nsteraq dak iż-żmien kien ta’ kważi 600 miljun Ewro. Madankollu, li kieku tara dawn il-flus f’valur ta’ llum, issib li s-serqa tlaħħaq aktar minn 900 miljun Ewro. Jingħad li l-moħħ wara din is-serqa kien Saddam Hussein innifsu hekk kif kellu bżonn ammont ta’ flus kontanti malajr, minħabba l-biża’ li jiġi attakkat mill-Amerikani . Sabiex jinġarru l-flus, kien hemm bżonn madwar 3 trakkijiet

3) Mill-Isabella Stewart Gardner Museum, mużew tal-arti f’Boston, fl-1990 insterqu 13-il biċċa tal-arti ta’ valur kbir. Żewġ persuni li ppużaw ta’ puliizja serqu dawn il-biċċiet tal-arti, li kieku llum għandhom valur ta’ aktar minn 600 miljun Ewro. Sa llum dawn l-oġġetti għadhom ma nstabux. Minkejja li għaddew 24 sena mis-serqa, fuq il-websajt tal-mużew għadek tara avviż li qed joffru 10 miljun Dollaru għal min iwassal informazzjoni li twassal għas-sejba

F’Malta ukoll kellna xi serqiet li għal pajjiżna jidhru kbar ħafna, fosthom is-serqa mill-fergħa tal-HSBC f’Ħal Balzan fl-2007 u s-serqa tal-pagi tat-tarzna fl-1948

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com