Lażanja bil-brunġiel
Normalment meta nsemmu lażanja. moħħna jmur fuq xi lażanja tal-għaġin imsajjra b’xi zalza Bolognese jew kif hawn min jagħmilha b’saffi ta’ perżut, bejken u bajd. M’hemmx dubju li dawn iż-żewġ riċetti huma tajbin. Madankollu, hemm modi oħra ta’ kif nistgħu nagħmlu lażanja. Mod differenti ta’ kif wieħed jista’ jagħmel lażanja hu li minflok għaġin juża xi ħaxix.
Għal din ir-riċetta, minflok il-folji tal-lażanja, intuża il-brunġiel. Xi ħaġa differenti, imma ta’ min jippruvaha
Filmat tar-riċetta hawn
Ingredjenti
Brunġiela – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Bżar u melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Basla żgħira – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa kunserva
400 gramma Polpa tad-tadam – La Molisana, Attard & Co
Kuċċarina riegnu – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bajda
250 gramma irkotta – Attard & Co
50 gramma ġobon Parmeġġjan – Attard & Co
Metodu
Biex issajjar il-brunġiela
1) Qatta’ l-brunġiela f’biċċiet tondi
2) F’dixx itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa, u dellek bil-pinzell sabiex id-dixx ikun kollu miksi biż-żejt taż-żebbuġa
3) Ifrex il-biċċiet tal-brunġiel fuq id-dixx u ferrex ftit żejt ieħor
4) Ħawwar bi ftit bżar u melħ skont kemm tiggosta
5) Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200 Grad Celcius għal bejn 20 u 25 minuta
Għaz-zalza
1) Sadanittant, f’taġen qalli l-basla, u magħha żid il-kunserva u l-polpa tat-tadam
2) Ħawwad sew u żid ir-riegnu, melħ u bżar
Biex tipprepara l-irkotta
1) F’bieqja itfa’ l-bajda mħabbta , l-irkotta u l-ġobon. Ħawwad sew
Kif ikollok kollox lest, ibda ipprepara l-lażanja
1) F’dixx agħmel saff zalza u itfa’ saff brunġiel. Erġa’ iksi b’saff ieħor ta’ zalza
2) Itfa’ saff tat-taħlita tal-irkotta u ġobon,
3) Erġa’ rrepeti għal darbtejn oħra
4) Agħlaq bi ftit bechamel
5) Fil-wiċċ itfa’ ftit bżar u ġobon parmeġġjan
6) Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200 grad Celcius għal nofs siegħa