Lażanja tat-tiġieġ bil-pesto sauce
Il-pesto huwa tip ta’ sauce li ġej mill-Italja. Hija zalza komuni ħafna biex nagħmluha mal-għaġin mgħolli. F’din ir-riċetta, se nagħmlu użu mill-pesto b’mod xi ftit differenti, hekk kif se tarawh mal-lażanja.
Ingredjenti għaz-zalza
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co.
Basla – Catania & Cini
Nofs sider tat-tiġieġ – Churchill Master Butchers
Bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
Melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Tewm – Lamb Brand & Loaded Pantry
Pesto sauce
500 millilitru ħalib
Pakkett besciamella
Metodu
F’taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa, u aqli l-basal (imqatta’ irqiq) u t-tiġieġ (imqatta’ f’kubi żgħar)
Qalli sew u żid ftit bżar u melħ, flimkien ma’ ftit tewm mitħun
F’ reċipjent ieħor itfa’ l-pesto sauce, il-ħalib u l- besciamella
Ħallat kollox flimkien
Ingredjenti għal-lażanja
Lażanja
450 gramma tadam mgħaffeġ (tal-bott) – Attard & Co. La Molisana
Ħabaq
Ftit tadam frisk – Catania & Cini
Flixkun polpa tad-tadam – Attard & Co. La Molisana
Mozzarella
Metodu
Fil-qiegħ tad-dixx itfa’ tadam mgħaffeġ u l-polpa
Poġġi saff lażanja
Ferrex ftit mit-taħlita tat-tiġieġ, u żid ftit tadam frisk imqatta’ u ħabaq
Ferrex ftit mozzarella
Irrepeti il-proċess u żid il-besciamella
Daħħal fi-forn u sajjar f’forn b’temperatura ta’ 190 grad Celcius għal 45 minuta
Ara l-filmat tar-riċetta hawn