‘Love You Like That’ – Kanzunetta ġdida minn Sarah Bonnici!

L-artista u kantawtriċi Għawdxija Sarah Bonnici qed tħejji lill-fans tagħha għas-single ġdid bl-isem “LOVE YOU LIKE THAT,” li se joħroġ fit-11 ta’ Settembru fis-6 PM.
Sarah wara l-kanzunetti tagħha LOOP u LOSE, kif ukoll magħrufa għall-mużika sħiħa ta’ sensittività, kif ukoll il-kunfidenza kbira li għandha fuq il-palk ħabbret din il-kanzunetta ġdida fuq Instagram b’sneak peek. Il-fans ġew mistiedna sabiex imorru fuq Instagram u jisimgħu parti mid-diska ġdida. Dan ir-rilaxx jidher li se jkun ieħor importanti fil-karriera tagħha, u l-aspettattivi huma għoljin ħafna għal din it-traċċa!
Inħarsu ‘l quddiem għal din il-kanzunetta ġdida Sarah!