MATT BLXCK u ERBA’ b’kanzunetta ġdida ‘EJJA’

 MATT BLXCK u ERBA’ b’kanzunetta ġdida ‘EJJA’

Fit-20 ta’ Settembru ħarġet il-kanzunetta “EJJA,” il-kollaborazzjoni ferm mistennija bejn il-kantawtur Malti MATT BLXCK u l-grupp tal-bniet enerġetiku ERBA’. Iltaqgħu għall-ewwel darba fil-Malta Eurovision Exchange Camp tas-sena 2024, fejn ERBA’ ġie ffurmat. Minkejja li kkompetew b’kanzunetti rispettivi tagħhom, “BANANA” u “Sirena,” mal-ewwel bnew dik ir-relazzjoni immedjata sabiex waslet għal dan il-proġett eċċitanti.

‘Ejja’ li hija miktuba minn Matt u Erba’, u bil-produzzjoni ta’ Cyprian Cassar taqbad l-enerġija vibranti tal-ħames artisti, fejn ħa nagħlqu s-sajf biha!

Matt qal, “Din il-kollaborazzjoni kienet ser isseħħ xi darba jew oħra, u kuntent li finalment waslet.” Kemm Matt kif ukoll ERBA’ esprimew l-ferħ tagħhom li ħadmu flimkien, u żiedu jgħidu, “Verament gawdejna l-esperjenza u nittamaw li jkollna ċ-ċans ninterpretawha flimkien dalwaqt.”

Għal din il-kollaborazzjoni, Matt u ERBA’ jirreferu għalihom infushom bħala ‘Ħamsa’ peress li flimkien jiffurmaw grupp ta’ ħamsa. Għalkemm dan ir-rebranding huwa temporanju, ir-rabta bejniethom hija reali, u l-isem umoristiku jirrifletti l-bażż li ħadu jaħdmu flimkien.
Mill-20 ta’ Settembru 2024, “EJJA” hija disponibbli fuq il-pjattaformi ta’ streaming kollha. Għalkemm ‘Ħamsa’ hija xi ħaġa temporanja, Matt u ERBA’ huma ottimisti li din il-kollaborazzjoni tista’ tnissel ħafna proġetti futuri flimkien!

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com