Megan May Confesses fil-Kanzunetta Ġdida Tagħha!
Preparaw il-headphones għaliex Megan May għadha kemm ħarġet il-kanzunetta ġdida tagħha, “I Confess”! Il-kanzunetta hija totalment tal-widna, u jekk dan mhuwiex biżżejjed, Megan tefgħet photoshoot li kompla jġennen l-udjenza biex jisimgħu d-diska tagħha! Il-photoshoot, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn, tirrifletti perfettament l-enerġija ribelluża u qawwija tal-kanzunetta, u ġabet il-vibe ta’ “bad bitch” tagħha ħajja bl-iktar mod stylish possibbli.
Dan il-photoshoot kien b’kollaborazzjoni bejn Megan, id-disinjatur tal-moda Matias, il-makeup artist Liam Lee, u l-fotografu Luke Camilleri. Flimkien, ħolqu dehra li hija daqshekk kuraġġuża u unapologetic kif ngħidu bl-Ingliż, daqs il-kanzunetta stess. Kif kitbu huma:
“F’ċelebrazzjoni tal-kanzunetta ġdida ta’ Megan May, ‘I Confess’, ingħaqadna biex noħolqu dehra li tgħaqqad perfettament l-enerġija qawwija, ribelluża, u ‘bad bitch‘ tal-kanzunetta. Aħna immaġinajna sett straordinarju li jinqabad fl-essenza tal-mużika tagħha — korsett sabiħ u bir-reqqa, imżejjen b’dettalji delikati, flimkien ma’ dublett trasparenti li jagħti dehra soda. L-għan kien li noħolqu viżwal li mhux biss ikompli mal-intensità tal-mużika imma wkoll tissaħħaħ il-vibe ġenerali b’taħlita ta’ saħħa u senswalità.”
U veru hekk għamlu! Megan tidher b’saħħitha u kunfidenti f’kull ritratt, donnha lesta biex tikkonkwista d-dinja — u aħna hekk inħobbuha!
Din ċertament hija l-anthem tal-istaġun, u bil-photoshoot li tikkumplimentaha, Megan May qed turina x’ifisser li tkun is-saħħa tiegħek stess. Ħerqanin biex naraw x’se tagħmel aktar!
Allura, jekk għadek ma smajthiex, mur fittex “I Confess”, u waqt li tkun hemm, agħti ħarsa lejn dawk ir-ritratti tant sbieħ.