Merluzz imsajjar bil-birra

Kull meta nitkellmu fuq ikel bnin jew nitkellmu fuq l-importanza li jkollna dieta bilanċjata, żgur li nkunu smajna fuq l-importanza li ndaħħlu l-ħut fid-dieta tagħna. Il-ħut fih diversi benefiċċji. Fost il-ħut illi għandna ninkuldu fl-ikliet tagħna, insibu il-merluzz (cod). Il-benefiċċji tal-merluzz huma diversi, fosthom li l-merluzz huwa sors ta’ proteina, kif ukoll fih diversi vitamini bħal Vitamina B12. Din ir-riċetta hija sempliċi biex tagħmilha, u msajra b’tali mod li l-merluzz jingħata togħma tajba ħafna.
Għal filmat tar-riċetta, agħfas hawn
Ingredjenti
2 patatiet maqtugħin strixxi – Catania & Cini Ltd
Żejt veġitali
2 biċċiet merluzz – Catania Fisheries
Melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
225 gramma dqiq All purpose – Lamb Brand & Loaded Pantry
225 gramma dqiq All purpose – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina trab tal-ħami – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bott birra
200 gramma piżelli – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa
Felli lumija
Metodu
Itfa’ ammont mhux ħażin ta’ żejt f’borma, u sajar il-patata għal madwar 25 minuta, jew sakemm tinnota li l-patata ħadet kulur dehebi
Fuq dixx itfa’ biċċtejn merluzz. Fuqha itfa’ melħ u bżar għat-togħma
Ferrex id-dqiq fuq il-merluzz u dawwar, b’tali mod li l-merluzz jinkesa kollu bid-dqiq
F’bieqja itfa’ bajda, 225 gramma dqiq All purpose, it-trab tal-ħami, melħ u bott birra u ħawwad
Importanti li l-birra twaddabha gradwalment sakemm it-taħlita tiġi waħda likwida
Agħddi l-merluzz minn ġo din it-taħlita
Sajjar il-ħut fiż-żejt għal madwar 4 minuti fuq kull naħa
F’bieqja ipprepara 200 gramma piżelli, u żid ftit taż-żebbuġa u melħ u agħffiġha
Servi l-ħut, flimkien mal-patata u l-piżelli, flimkien ma’ biċċa lumija