Minbarra t-talent fl-isport, dawn il-players huma attraenti
Meta nsegwu logħba futbol, ħafna nammiraw it-talent tal-players, u apparti li nkunu nissapportjaw it-tim, ġieli nispiċċaw nammiraw xi player partikolari minħabba li jkun qed jispikka fil-logħob tiegħu. Madankollu, hawn uħud, illi jispiċċaw jammiraw lil xi player partikolari minħabba d-dehra tiegħu. Id-dehra tiġi l-ewwel, imbagħad it-talent ikun bonus
U l-futbol jagħtina diversi players, illi kieku ma jilgħabux il-futbol, ma kienx ikollhom diffikulta biex jagħmlu karrieri fl-immudellar jew f’konkorsi ta’ sbuħija. Fost l-aktar 5 players illi ġibdu l-għajn matul dawn l-aħħar is-snin insibu lil:
Il-goalkeeper Bosnijak ta’ Everton Asmir Begovic huwa wieħed mill-aktar persuni “ħelwin” fid-dinja tal-futbol.> Minbarra l-fattizzi sbieħ tiegħu, Begovic huwa persuna li hu mżejjen b’tul ta’ sitt piedi u nofs. Mhux ta’ b’xejn illi kien wieħed mill-favoriti tal-fans ta’kull team li lagħab miegħu f’dawn l-aħħar snin
It-Taljan Claudio Marchisio huwa ekx player ta’ Juventus. B’dik id-daqsxejn ta’ leħja u għajnejn ċari Marchisio kien jattira lejh diversi nisa. U ovvjament, jekk jinża l-flokk, apparti li kien jiddobba karta safra, Marchisio kien jikxef ukoll sett ta’ six pack li jdawwar ħafna għajnejn lejh
Il-Kolumbjan ta’ Roya Vallecano, James Rodriguez mhux nieqes mill-ġmiel.> kemm il-fattizzi ta’ wiċċu kif ukoll il-figura atletika tiegħu jgħinu lil dan il-player ta’ talent biex iżid l-ammont ta’ ammiraturi
U la qbadna nsemmu l-ġmiel, żgur ma nistgħux inħallu barra lil player Ingliż David Beckham, li kemm meta kien jilgħab, kif ukoll issa li forsi kiber xi ftit, għadu jolqot l-għajn ta’ ħafna. Player li fi żmien li kien għadu attiv fil-grawnd, kien hemm diversi tfajliet li beda jinteressahom il-futbol
U fl-aħħar u mhux l-anqas, Cristiano Ronaldo. Ronaldo huwa simbolu ta’ sbuħija fiżika, b’diversi nisa (u rġiel) jammiraw il-kundizzjonifiżika perfetta tiegħu li hija grazzi għal-ħin twil li jitħarreġ
Ma’ dawn hemm ħafna oħrajn. Imma l-ġmiel hija xi ħaġa suġġettiva. Liema taħseb li hu l-isbaħ player tal-futbol?