Nachos mimlijin bl-ikkapuljat
Min jaf kemm -il darba morna ċ-ċinema u spiċċajna ngerrmu l-popcorn u nachos. Ħafna nies, daqsxejn nachos waqt li jkunu qed jaraw film jinżlulhom għasel, u ma tkunx idea ħażina kieku minflok ma ngawduhom waqt li naraw xi film fiċ-ċinema biss, ingawdu dawn in-nachos anki id-dar.
Mhux diffiċli biex tippreparahom, u żgur li tieħu pjaċir tikolhom f’kumpanija sabiħa
Filmat tar-riċetta hawn
Ingredjenti
Bżaru aħdar imqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
Basla imqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
Tewm imqatta’
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
500 gramma kapuljat – Churchill Master Butchers
250 gramma sugo alla marinara x 2 – La Molisana Attard & Co
Sweetcorn
Taco seasoning mix (mild) – Attard & Co
Fażola ħamra – Attard & Co
Pakkett ta’ 450 gramma Poco Loco Crispy Salted Tortilla chips – Attard & CO
Ġobon Edamer – Attard & Co
Poco Loco sour cream – Attard & Co
Poco Loco salsa dip – Attard & Co
Poco Loco Green Jalapeno – Attard & Co
Metodu
1) F’taġen, saħħan ftit żejt taż-żebbuġa, u ibda qalli l-kapuljat
2) Kif tarah li tqalla sew, żid il-bżar, basal u tewm u kompli sajjar
3) Żid is-sugo u sweetcorn u ħawwad sew
4) Żid it-Taco seasoning mix u erġa’ ħawwad
5) F’bieqja oħra itfa’ s-sugo alla marinara u żid ftit fażola ħamra u ħawwad
6) Daħħal din it-taħlita fil-microwave fuq sħana għolja u ħawwad kull tletin sekonda. It-taħlita trid iddum tissaħħan fil-microwave għal bejn minuta u 3 minuti
6) Ferrex ammont sew mit-tortilla chips f’dixx, u fuqhom ferrex iz-zalza tal-fażola ħamra
7) Ferrex il-ħaxix u l-kapuljat, poġġi biċċiet tal-ġobon fil-wiċċ
8) Itfa’ aktar tortilla chips
9) Agħmel saff ieħor ta’ zalza tal-fażola, u erġa’ itfa’ ftit kapuljat u ħaxix
10) Fil-wiċċ, agħlaq b’saff ieħor ġobon
11) Daħħal fil-forn (temperatura ta’ 200 grad għal bejn 2 u 3 minuti
12) Kif isir, itfa s-sour cream u salsa dip fil-wiċċ u wara itfa’ biċċiet ta’ jalapeno aħdar