Ojnk Ojnk… 9 kurżitajiet dwari!
Naħseb li mit-titlu ndunajtu li Ojnk Ojnk huwa l-vers li ġeneralment huwa assoċjat mal-ħanżir. Bil-Malti pur ngħidu li l-ħanżir iħamħam. Għalkemm huma ħafna n-nies li jħobbu l-annimali, mhux kulħadd iħares lejn il-ħanżir bl-istess ħlewwa li jħarsu lejn annimali oħra. Illum ser nagħmlu referenza għal xi kurżitajiet marbuta mal-ħanżir.
- Il-ħanżir huwa wieħed mill-aktar annimali intelliġenti. L-intelliġenza tiegħu taqbeż saħansitra dak tal-kelb.
- Dan l-annimal m’għandux glandoli tal-għaraq. Għaldaqstant, jfittex xi għadajjar biex ikun jista’ jżomm ruħu frisk.
- Il-memorja tal-ħanżir hija tajba ħafna u jiftakar anke għal tul ta’ żmien.
- Is-sens tax-xamm tiegħu huwa qawwi ħafna, tant li huwa sensittiv elfejn darba iktar minn tal-bniedem.
- Li kieku ħanżir jiġi mħarreġ sakemm ikollu tlett gimgħat, jidhra l-isem li jingħatalu u anke jitgħallem xi tricks aktar malajr minn kelb.
- Fir-realtà l-ħanżir huwa annimal nadif għall-kuntrarju ta’ dak li jaħsbu ħafna. F’ambjent naturali, ħanżir ifittex li jagħmel il-bżonnijiet tiegħu ’l bogħod mil-lok fejn jgħix/ jiekol.
- Ħanżir juża t-tħamħim tiegħu biex jikkomunika ma’ ħnieżer oħra.
- Boton ħnieżer tat-twelid jirrikonoxxu t-tħamħima tal-omm hekk kif din treddgħahom. Riċerka xjentifika turi li kull ħanżir jkollu u jżomm l-beżżul tiegħu.
- Bħala annimal, il-ħanżir huwa ħlejqa soċjevoli u jifforma sens ta’ għaqda anke ma’ kreaturi oħra.
Titħajru żżommu xi ħanżir jew?