Papra bil-larinġ

 Papra bil-larinġ

Minkejja li t-tiġieġ u l-papra huma kkunsidrati bħala tjur, il-laħam tagħhom ivarja. It-tnejn għandhom laħam abjad, madankollu is-sider tal-papra huwa aktar skur kemm minn tat-tiġieġ u kemm minn ta’ tjur oħra bħad-dundjan. It-togħma hija ftit differenti, u jekk ma tkunx taf issajjar/ tħawwar il-papra sew, sabiex “ taħbi ċertu togħma”, mhux ser ikollok riżultat mixtieq. Din ir-riċetta sempliċi se toffrilek platt papra b’togħma mill-aqwa, anki jekk qatt ma sajjart il-papra

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti

Kuċċarina kemmunLamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina paprika ħelwaLamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina basal mitħunLamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina noċemuskata mitħuna – Lamb Brand & Loaded Pantry
Sider ta’ papraChurchill Master Butchers
Ftit żejt taż-żebbuġa
LarinġaCatania & Cini Ltd
Ftit patata
Mgħarfa għaselAttard & Co
2 imgħaref ħall balsamiku – Attard & Co
2 imgħaref stokk tat-tiġieġ – Attard & Co
50 gramma butirAttard & Co
Bżar u melħLamb Brand & Loaded Pantry
100 millilitru ħalib

1) F’bieqja għamel taħlita ta’ kemmun, paprika ħelwa, basal u noċemuskata. Ħawwadhom sew, u ferrex fuq is-sider tal-papra. Importanti li s-sider tal-papra jkun inkesa bil-ħwawar miż-żewġ naħat

2) F’dixx ferrex ftit żejt taż-żebbuġa u poġġi s-sider tal-papra. Roxx ftit meraq ta’ larinġa direttament fuq il-papra, u poġġi xi flieli tal-larinġa madwarha

3) Sajjar fil-forn f’tempertatura ta’ 200 Grad Celcius għal bejn 5 u 7 minuti

4) Sadanittant, f’borma tagħli, sajjar il-patata mqaxxra għal madwar 15 u 20 minuta

5) F’taġen, agħsar nofs larinġa, u żid l-għasel u l-ħall. Ħawwad sew, u żid l-istokk

6) Żid il-butir u ibqa’ ħawwad sakemm idum

7) Sadanittant, poġġi l-patata li tkun saret f’bieqja, ħawwarha bi ftit bżar u melħ u ibda agħfiġġha

8) Żid magħha il-ħalib u ħawwad sew biex tifforma patata maxx

9) Servi l-papra billi tferrex fuqha it-taħlita li tkun ippreparajt fit-taġen( larinġ, għasel u ħall balsamiku) u servi mal-patata maxx

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com