Papra msajjra b’mod sempliċi

 Papra msajjra b’mod sempliċi

Wieħed mill-aktar ikel favorit ta’ dawk li jiggostaw l-ikel stil Ċiniż hija l-papra. Forsi uħud, minkejja li iħobbu l-papra, ma tantx isajruha id-dar, forsi għax jaħsbu li hi xi platt ikkomplikat wisq sabiex issajru fi kċina normali ta’ dar.

Imma din ir-riċetta sempliċi, turina li ikla papra tista tgawdiha ukoll fil-kumdita ta’ darek. Tajjeb li nsemmu li l-laħam tal-papra hu sors tajjeb ħafna ta’ ħadid u Selinium

Ingredjenti

Sider ta’ papraChurchill Master Butchers
Basla mqatta’ – Catania & Cini Ltd
2 sinniet tewmCatania & Cini Ltd
Mgħarfa kosborCatania & Cini Ltd
Mgħarfa Yutaka soy sauceAttard & Co
Mgħarfa ħall tal-inbid aħmar – Attard & Co
Mgħarfa żejt tal-ġunġlienAttard & Co
Mgħarfa dqiq tal-qamħirrunLamb Brand & Loaded Pantry
Niskata melħLamb Brand & Loaded Pantry
2 imgħaref żejt veġetali
Nofs kuċċarina trab taċ-chilliLamb Brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina zokkorLamb Brand & Loaded Pantry
60 millilitru stokk tat-tiġieġ
2 imgħaref karawett mielaħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Ftit tursin (biex iżżejjen)

Metodu

1) Qatta’ s-sider tal-papra fi strixxi
2) F’bieqja itfa’ s-soy sauce, ħall tal-inbid aħmar, żejt tal-ġunġlien, dqiq tal-qamħirrun u melħ
3) Ħawwad sew dawn l-ingredjenti kollha flimkien
4) Żid magħhom il-biċċiet tal-papra u ħawwad b’tali mod li l-biċċiet tal-papra jinksew kollha bl-immarinar
5) Saħħan iż-żejt fit-taġen u qalli l-papra, u kif tara li saret, warrab fil-ġenb
6) Qalli l-basal, tewm u kosbor, u żid magħhom it-trab ta’ chilli. Ħawwad u żid iz-zokkor
7) Żid l-istokk tat-tiġieġ
8) Żid il-papra u kompli sajjar
9) Żid il-karawett
10) Ħawwad sew u servi. Żejjen bi ftit tursin

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com