Penne bir-Ribeye

 Penne bir-Ribeye

Wieħed mill-aktar platti popolari fir-restoranti huwa ribeye steak. Biċċa laħam tajba mixwija, u b’xi zalza tal-faqqiegħ jew tal-bżar (fost oħrajn), tinżel għasel. Biss il-laħam tar-ribeye, nistgħu ukoll nużawh f’riċetti oħra, bħal biex nagħmluh ma’ l-għaġin

Ingredjenti

Melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
100 gramma Penne Rigate – Molisana Attard & Co
300 gramma Ribeye steak – Churchill Master Butchers
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Żewġ sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
240 millilitru Heavy Cream – Attard & Co
120 gramma Provolone Dolce – Attard & Co
Lumija magħsura – Catania & Cini Ltd

Metodu

Imla borma bl-ilma, żid ftit melħ u poġġiha fuq in-nar sabiex tagħli

Kif tibda tagħli, itfa’ l-għaġin

Għaz-zalza

F’reċipjent, roxx ftit bżar u melħ fuq il-laħam
F’taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa sabiex jibda jitqalla l-laħam
Żid it-tewm imqatta’ u l-krema
Żid ftit bżar u melħ skont kemm tiggosta, u ħawwad sew
Żid il-Provolone Dolce u l-lumija mat-taħlita li għandek fuq in-nar
Żid l-għaġin li tkun għallejt u servi fi platt imżejjen bi ftit tursin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com