Pinsa bil-frott tal-baħar
Forsi kif taqraw it-titlu tar-riċetta, taħsbu li ġejja xi riċetta kkumplikata, hekk kif forsi mhux kulħadd sema’ bil-pinsa. Imma l-pinsa kull ma hi għaġina simili ħafna tal-għaġina tal-pizza, għalkemm il-mod kif tinħadem huwa differenti.
L-oriġini tal-pinsa imur lura għal żmien ir-Rumani. L-ingredjenti li minnhom tkun magħmula l-pinsa huma: dqiq, ilma, melħ, żejt taż-żebbuġa u ħmira. Imma għal din ir-riċetta nistgħu nużaw pinsa illi wieħed isib jixtri faċilment
Filmat tar-riċetta hawn
Ingredjenti
Pinsa – Attard & Co
6 imgħaref tadam Pomodorini – La Molisana, Attard & Co
Mozzarella Bufala – Attard & Co
Bajda iebsa
100 gramma frott tal-baħar – Catania Fisheries
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Ħabaq niexef – Lamb Brand & Loaded Pantry
Ħabaq frisk – Catania & Cini Ltd
Metodu
1) Qabel tibda tipprepara l-ingredjenti, ilħaq saħħan il-forn fuq 230 Grad Celcius
2) Iftaħ il-pakkett tal-pinsa, u poġġiha fuq tilar tal-ħami
3) Ferrex it-tadam fuq il-pinsa
4) Qatta’ l-mozzarella u ferrex biċċiet fuq il-pinsa mdellka bit-tadam
5) Qatta’ l-bajda iebsa u poġġi l-biċċiet tal-bajda fuq il-pinsa
6) Żid il-frott tal-baħar u itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa
7) Żid ftit ħabaq u sajjar fil-forn għal madwar 5 minuti
8) Oħroġ mill-forn u erġa’ poġġi biċċa mozzarella sħiħa, u żejjen bi ftit ħabaq frisk