Qamar ieħor se jibda jdur mad-dinja dalwaqt!
Smajtuha din? Mill-ġimgħa d-dieħla, id-dinja se jkollha qamar ieħor idur magħha għal perjodu ta’ żmien.
Skond NASA, bejn id-29 ta’ Settembru u l-25 ta’ Novembru, se jkun hemm asterojda żgħira li ġiet imlaqqma minn xjentisti bħala “qamar ċkejken” li se tibda ddur mad-dinja. Dan sakemm jirnexxielha toħroġ mill-orbitu tad-dinja.
Minħabba d-daqs ċkejken tagħha, ta’ madwar 10 metri, din l-asterojda mhux se tkun daqshekk faċli li tinduna liema hi mid-dinja. Madanakollu, il-preżenza tagħha se tkun hemm għal kważi xahrejn.
L-asterojda ġiet skoperta fis-7 ta’ Awwissu min-NASA. Riċerkaturi jsostnu li d-dinja regolarment tista’ taqbad asterojdi fl-orbitu tagħha mill-viċinanzi.