Qatt rajtuha din il-mitħna intom u tilgħin Għawdex?

 Qatt rajtuha din il-mitħna intom u tilgħin Għawdex?

Wasal iż-żmien li meta titla’ s’Għawdex tipprova tagħmel xi ħaġa differenti milli mdorri tagħmel is-soltu. Minflok insegwu r-rutina tradizzjonali tagħna ma’ kull żjara f’din il-gżira tant sabiħa, għandna nippruvaw nagħmlu xi ħaġa differenti ma’ kull żjara.

Fost l-attivitajiet li tista’ tagħmel meta tmur Għawdex, tista’ żżur ukoll mitħna antika li tinsab mar-roundabout tax-Xewkija, inti u sejjer lejn ir-Rabat, Għawdex. Din il-mitħna nbniet fi żmien il-Kavallieri, fl-1710 sabiex permezz tagħha jiġi mitħun il-qamħ grazzi għar-raddiena operata permezz tar-riħ.

Matul is-snin, din il-mitħna ġiet irrestawrata, u illum il-ġurnata qed tinfetaħ kuljum għall-viżitaturi, mingħajr ħlas. Apparti minn hekk, qed tintuża wkoll bħala hub fejn isiru attivitajiet folkloristiċi u oħrajn marbutin ma’ wirt artna.

Allura x’qed tistenna? Id-darba li jmiss li titla’ Għawdex, ieqaf waqfa f’din il-mitħna!

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com