Qatt waqaft f’dal-post fiċ-Ċittadella?
Meta mmorru Għawdex, probabbilment, wieħed mill-postijiet li nżuru huwa propju ċ-Ċittadella. Dawk li jħobbu l-istorja, b’mod partikolari, jew dawk li jixtiequ jammiraw il-veduta li joffri dan il-villaġġ storiku fuq għolja Għawdxija żgur jaraw li qabel ma jinżlu lura Malta, jmorru s’hemm.
Iżda kemm minnha jieqfu waqfa sal-Visitors Centre taċ-Ċittadella? F’dan il-post, li ssibu inti u tiela’ t-tela’ taċ-Ċittadella, tista’ ssir taf aktar dwar l-istorja ta’ dan il-villaġġ storiku, x’ġara fuq din l-għolja Għawdxija u kif evolva dan il-post matul is-snin.
Għal dawk li ma jifilħux jitilgħu t-tela’ bil-mixi, jistgħu isibu wkoll parkeġġ viċin ta’ dan iċ-ċentru sabiex ikunu jistgħu verament igawdu din l-esperjenza mingħajr problemi żejda!
Allura x’qed tistenna? Mal-waqfa li jmiss tiegħek fiċ-Ċittadella, Għawdex, ieqaf ftit f’dan iċ-ċentru tal-viżitaturi u tgħallem aktar dwar iċ-Ċittadella.