Risotto bil-Pitravi
Minħabba l-impenji u l-ħajja mgħaġġla li għaddejin minnha, mhux l-ewwel darba li nispiċċaw ma jkollniex wisq ħin fuq idejna sabiex nippreparaw ikla bnina. U nispiċċaw insajru xi ħaġa illi nkunu xtrajna lesta, kemm sempliċiment nitfgħuha fil-forn jew fuq in-nar.
Dan risotto bnin, mimli b’ingredjenti sustanzjużi ma jieħux aktar minn ftit minuti, u għalhekk tajjeb li nikkunsidrawh bħala ikla, speċjalment jekk inkunu ftit mgħaġġlin
Ingredjenti
Litru stokk tal-ħaxix
Pitrava mqatta’ roti – Catania & Cini Ltd
2 imgħaref butir – Attard & Co
Basla mqatta’ – Catania & Cini Ltd
250 gramma ross Arborio – Lamb Brand & Loaded Pantry
100 millilitru inbid abjad
Bżar u melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Ftit spinaċi żgħira – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa ġobon Parmeġġan – Attard & Co
Ftit kurrat selvaġġ – Catania & Cini Ltd
30 gramma ġobon Feta – Attard & Co
Metodu
Għalli l-pitravi fl-istokk tal-ħaxix
Itħan il-pitravi bil-blender
F’taġen, dewweb il-butir u qalli l-basla
Żid ir-ross, u ħawwad sew
Wara li tkun għaddejtu mill-passatur, żid il-pitravi mar-ross u l-basla
Żid magħhom l-inbid, u itfa’ l-ispinaċi
Ħawwad sew u żid il-bżar u l-melħ, skont kemm tiggosta
Roxx il-parmeġġan u ħawwad sew sakemm tara li r-ross sar tajjeb
Servi r-ross u żejjen bil-ġobon Feta u l-kurrat
Agħfas hawn għal filmat