Salamun miksi bl-għasel
Is-salamun huwa wieħed mill-aktar platti sustanzjużi. Dan hekk kif il-konsum tiegħu jagħtina bosta benefiċċji għal saħħitna, fosthom jgħin sabiex jonqos il-kolesterol u l- pressjoni fid-demm, żewġ affarijiet li jistgħu jikkawżaw diversi problemi f’saħħitna, inkluż fil-qalb.
Hemm diversi metodi kif jissajjar, u din ir-riċetta ittik għażla oħra ma’ dik li forsi s-soltu tagħmel. Mhux biss hi ftit differenti, imma tissuġġerilek li tiekol is-salamun flimkien ma’ insalata bnina
Ingredjenti għas-salamun
Żewġ sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
30 gramma butir immellaħ – Attard & Co
Mgħarfa Yutaka soy sauce – Attard & Co
2 imgħaref għasel – Attard & Co
Salamun – Attard & Co
Melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
Trab tat-tewm – Lamb Brand & Loaded Pantry
Metodu kif tipprepara s-salamun
Ilħaq saħħan il-forn fuq temperatura ta’ 220 Grad Celcius
Qatta’ it-tewm f’biċċiet żgħar
F’borma itfa’ l-butir, is-soy sauce, l-għasel u -tewm u ħallih itektek għal 3 minuti
F’dixx poġġi s-salamun u fuqu ferrex ftit melħ, bżar u trab tat-tewm
Fuq is-salamun, ferrex ukoll it-taħlita tal-għasel
Sajjar fil-forn għal madwar tnax-il minuta
Kif isir, servi s-salamun mal-insalata li tkun ippreparajt
Ingredjenti għall-insalata
Ħjara mqatta’ f’biċċiet żgħar – Catania & Cini Ltd
Basla mqatta’ b’mod fin – Catania & Cini Ltd
Ftit tadam imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Ftit żebbuġ iswed mingħajr għadma – Catania & Cini Ltd
40 gramma ġobon Feta – Attard & Co
Mgħarfa ħall tal-inbid aħmar – Attard & Co
Lumija magħsura – Catania & Cini Ltd
Kwart ta’ kuċċarina riegnu – Lamb Brand & Loaded Pantry
Melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa – Coppini Attard & Co
Metodu tal-insalata
F’reċipjent, ħallat l-ingredjenti kollha flimkien sabiex toħloq din l-insalata bnina