Sejjer għax-xalata? Iċċelebra b’mod responsabbli
Kull festa ġġib magħha t-tradizzjoni ta’ ġurnata baħar mal-familja u l-ħbieb magħrufa bħala x-xalata. Wara ġimgħa ta’ festa u briju, dlonk nibdew nimlew il-cooler tagħna bl-ikel u x-xorb u nerħula għal ġurnata fil-bajja favorita tagħna. Iżda aħna u nagħmlu l-basktijiet għal dan il-jum, naħsbu dwar modi kif nistgħu nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna?
Sfortunatament hawn mijiet ta’ persuni li jwaddbu l-iskart tagħhom mal-art, minflok jisseperawh fil-bins disponibbli li jkun hemm fuq il-bajjiet.
Apparti li l-iskart ikerraħ il-bajja, boroż tal-plastic, wrappers u skart ieħor jista’ faċilment jittajjar jew jitkaxkar ġol-baħar u jagħmel ħsara kbira lid-diversi speċi marittimi li jinsabu fl-ibħra Maltin.
Saving Our Blue tiġbor tunnellati ta’ skart kull sena li jista’ faċilment jitnaqqas billi nkunu iktar responsabbli u narmu l-iskart kif suppost. Kull azzjoni, żgħira kemm hi żgħira, favur l-ambjent, tagħmel differenza kbira u tista’ ssalva l-ħajja ta’ diversi speċi marittimi dan filwaqt li nkunu qed nipproteġu wkoll l-ambjent marittimu tal-gżejjer tagħna.