Smajtuha l-kanzunetta l-ġdida ta’ Damiano tal-Maneskin?

 Smajtuha l-kanzunetta l-ġdida ta’ Damiano tal-Maneskin?

Iva sewwa smajtu! Damiano David, il-kantant tal-grupp famuż Taljan Maneskin, għadu kemm ħareġ l-ewwel kanzunetta tiegħu mingħajr il-bqija tal-membri tal-grupp. Il-kanzunetta li tista’ sservi bħala d-debut tal-karriera tiegħu bħala kantant solista, ġġib l-isem ta’ Silverlines u ġiet prodotta mill-kantant u rapper ta’ fama mondjali Labrinth.

F’intervista mal-ġurnal Billboard, Damiano qal li hu ħass li kien wasal iż-żmien li juri lid-dinja l-bqija tat-talent mużikali tiegħu. Qal li fil-grupp Maneskin, hu mitlub juri parti żgħira minnu, bħal karattru li jmur id f’id mal-istil tal-mużika li jipproduċi l-grupp. Madanakollu jħoss li permezz ta’ din il-kanzunetta, qed jintroduċi lilu nniffsu b’mod komplet lid-dinja.

Hu qal li ovvjament, il-klassifiki huma importanti għal kull artist, madanakollu l-għan tiegħu mhux dak li jiġi l-ewwel fil-klassifiki. L-għan tiegħu huwa li joħroġ kanzunetta li tippermetti li jesprimi lilu nniffsu b’mod awtentiku għall-identità mużikali tiegħu.

Intom x’taħsbu minn dan l-istil ġdid għal Damiano?

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com