Soppa bil-patata ħelwa u kurrat

 Soppa bil-patata ħelwa u kurrat

F’ġurnata bix-xita bħal ma kellna riċenti, xejn ma jinżel tajjeb aktar minn xi platt ikel minn dawk li ngħidulu tal-imgħarfa. Xi platt soppa sħuna, servut bi ftit croutons. Xi trid aktar?

Is-sopop huwa platt li fihom ħafna vantaġġi, fosthom li huwa sempliċi biex tagħmilhom, tista’ tagħmel diversi sopop differenti billi tuża ħaxix differenti, kif ukoll fihom diversi benefiċċji għal saħħitna. Fost il-benefiċċji għal saħħitna insibu li huma mimlija vitamini u fiber. Aktar minn hekk, is-sopop ituna l-vantaġġ li nistgħu niffriżawhom u nsaħħnuhom meta jkollna bżonn jew aptit

Ġieli għamilt soppa bil-patata ħelwa? Jekk le, ara kemm hi sempliċi

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti

Patata ħelwaCatania & Cini Ltd
Kurrat
2 basliet
300 millilitru stokk tat-tiġieġ Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar u melħLamb Brand & Loaded Pantry
200 millilitru krema beschamel
Croutons
Ġobon Gran Padano
Mgħarfa Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Mgħarfa butirAttard & Co

Metodu

Qaxxar il-patata ħelwa u qatta’ f’biċċiet żgħar

Qatta’ il-kurrat u l-basal

F’taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u l- butir. Kif tara li l-butir dab, żid il-patata ħelwa, basal u kurrat u qalli sew

Sadanittant f’borma,ibda għalli l-ilma u żid l-istokk

Fit-taġen, itfa’ l-bżar u l-melħ skont il-gosti tiegħek. Kif tarah tqalla, itfa’ l-ħaxix fil-borma u ħallih isir sakemm tara li l-ħaxix ikun irtab. Normalment idum madwar għoxrin minuta

Żid il-krema

Ħawwad sew bil-blender, u aqleb f’suppieri biex isservi

F’kull suppiera żid il-croutons, ġobon kif ukoll ftit oħra krema

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com