Soppa tal-pastard mixwi

 Soppa tal-pastard mixwi

Hekk kif it-temp jibda jiksaħ xi ftit, jibda jiġina l-aptit għal xi platt sħun, minn dawk li trid tikolhom bl-imgħarfa. Hemm ħafna riċetti minn fejn wieħed jagħżel, fosthom brodu, minestra, kawlata u għadd kbir ta’ sopop. Is-soppa ta’ llum hija magħmula fuq bażi ta’ pastard, ħaxix li huwa mimli bil-fibra

Il-mod ta’ kif wieħed jista’ jservi din ir-riċetta hu xi ftit oriġinali, u appetituż, (apparti li tista’ tiffranka xi ftit mill-ħasil tal-platti)

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti

Nofs pastarda imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Biċċtejn kurratCatania & Cini Ltd
4 sinniet tewm
Patata mqatta’
Żejt taż-żebbuġa
MelħLamb Brand & Loaded Pantry
BżarLamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina ħwawar imħalltaLamb Brand & Loaded Pantry
Kuċċarina paprikaLamb Brand & Loaded Pantry
250 millilitru ħalib
350 millilitru ilma bl-istokk tal-ħaxix
Ħobża tal-malti mħaffra (mingħajr qalba)

Metodu

Fuq dixx li se ddaħħal fil-forn, ferrex il-pastard, kurrat, patata u t-tewm

Skont kemm tiggosta, itfa’ melħ, bżar, flimkien mal-paprika u l- ħwawar imħallta

Ixwi fil-forn sakemm jirtabu u jiġu kulur dehebi

Kif isiru, ixħet kollox f’borma u żid il-ħalib u l-ilma bl-istokk

Ħallihom jisħnu u agħffeġ bil-blender

Servi fil-ħobża tal-Malti, u żejjen bil-kurrat

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com