Spagetti bil-gambli

 Spagetti bil-gambli

Wieħed mill-platti favoriti ta’ ħafna nies, huwa l-għaġin. Tista’ tgħid li l-għaġin kulħadd iħobbu. Min b’ħaġa u min b’ oħra. Il-vantaġġ tal-għaġin hu li tista’ tħawwru b’diversi zlazi differenti. Apparti dan, għal ħafna miz-zlazi m’hemmx bżonn ħafna ħin ta’ preparazzjoni. Din ir-riċetta hija waħda minnhom

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti

Basla mqatta’ – Catania & Cini Ltd
3 sinniet tewm imqatta’ rqiq
300 gramma gambliCatania Fisheries
Mgħarfa ħwawar CajunLamb Brand & Loaded Pantry
Pakkett spagettiLa Molisana, Attard & Co
400 millilitru ħalib tal-ġewż ta’ l-Indi Attard & Co
Lime
Melħ u bżarLamb Brand & Loaded Pantry

Metodu

F’taġen bi ftit żejt, qalli l-basla, u żid it-tewm
Żid il-gambli u kompli qalli
Żid il-ħwawar Cajun u kompli sajjar din it-taħlita għal madwar 5 minuti
Żid il- ħalib tal-ġewż tal-Indi u sajjar għal madwar 5 minuti oħra
Agħsar lime sħiħa u żidha maz-zalza
Żid ftit melħ u bżar skont kemm tiggosta
Sadanittant, f’borma misħun jagħli, itfa’ l-ispagetti
Kif isir, itfa’ l-ispagetti fiz-zalza ftit ftit
Ħawwad sew u servi fi platt imżejjen bi ftit tursin

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com