Sports perikoluż aktar mill-boxing u rugby
Minkejja li għal ħafna minna, l-isports hu xi ħaġa li nipprattikaw sabiex nieħdu pjaċir, u mmorru lura d-dar qawwijin u sħaħ, hawn sports illi huwa perikoluż ħafna, u waqt kull taħriġ jew kompetizzjoni, ikun hemm biża’ kbir li xi parteċipant ser iweġġa’, jew agħar minn hekk, jitlef ħajtu.
Fost l-isports tradizzjonali illi ħafna jaraw bħala perikoluż hemm it-rugby, tlielaq tal-karozzi jew muturi; u boxing. Imma r-riskju li hemm f’dawn l -isports huwa inqas meta mqabbel ma’ dawn l-erbgħa imsemmija hawn taħt
1) L-aktar sports meqjus bħala perikoluż fid-dinja huwa l-BASE jumping. Kif jindika ismu, huwa qbiż, qbiż mnn fuq bini, antenni, pontijiet u għoljiet. Skont lista ppublikata, fl-aħħar erbgħin sena, kien hemm aktar minn 450 mewt li ġraw waqt dan l-isport. Dan huwa numru kbir, speċjalment meta tikkonsidra li l-ammont ta’ nies li jipprattikaw dan l-isport, mhux xi wieħed kbir
2) Il-High Altitude Mountaineering huwa ukoll sport perikoluż ħafna. Dan l-isport huwa meta titla l-muntanji ta’ aktar minn 2500 metru ogħla mill-livell tal-baħar. Ir-riskju ta’ mewt huwa għoli ħafna. Mhux biss tista’ tmut minn xi waqgħa kerha, imma dan l-isport hu perikoluż ukoll minħabba xi riskju ta’ xi valanga. Imma l-akbar riskju huwa minħabba n-nuqqas ta’ ossiġnu f’dak l-għoli
3) Forsi ma tantx smajna bih, imma l-wingsuit flying huwa ukoll meqjus bħala sport, sport perikoluż. L-“atleti” li jipprattikaw dan l-isport jilbsu qishom ġwienaħ, u jaqbżu minn fuq binjiet, irdumijiet, jew xi ajruplan. Fl-aħħar għoxrin sena, kien hawn aktar minn 170 mewt li seħħew waqt il-prattika ta’ dan l-isport
4) Sky diving– Ejja ngħidu li f’dawn l-aħħar snin, in-numru ta’ fatalitajiet ikkaġunati minn dan l-isport naqsu. Madankollu xorta huwa sport perikoluż . Meta taqbeż minn dak l-għoli kollu, protett biss minn paraxut, ir-riskju jibqa’ hemm. Xi ħaġa i tmur ħażina waqt dan l-isport, tfisser mewt. Żball jew xi ħsara mhux se jikkawża injury żgħira.