Spring rolls bid-dundjan, u oħrajn bil-gambli
L-ikel stil Ċiniż jinżel għasel ma’ bosta nies, l-aktar waqt xi festin, fejn l-hena ta’ ħafna hi li jieklu xi spring roll jaħraq. Ħafna drabi, l-ispring rolls li nsibu nixtru, jew li jkun hemm fil-festini ikunu jew tal-ħaxix jew tat-tiġieġ. Imma spring rolls jistgħu ikunu mimlija b’diversi ingredjenti, u f’din ir-riċetta se nurukhom kif tistgħu tagħmlu spring rolls tad-dundjan u oħrajn tal-gambli. Il-bażi tagħhom jibqa’ il-ħaxix, u għalhekk bħala preparamenti għal ħaxix, ser ikollkom bżonn l-istess ingredjenti. Mal-ispring roll, imur tajjeb ukoll xi ftit sauce.
Filmat tar-riċetta hawn
Ingredjenti għal spring rolls
2 karrotti – Catania & Cini Ltd
Nofs ħjara – Catania & Cini Ltd
Żewġ sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
Weraq tal-ħass – Catania & Cini Ltd
Kaboċċa ħamra – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Melħ u bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
150 gramma kapuljat tad-dundjan – Churchill Master Butchers
100 gramma gambli – Catania Fisheries
Rice papers – Attard & Co
Ingredjenti għas-sauce
Terz ta’ tazza Butir tal-karawett – Attard & Co
2 imgħaref ħall tar-ross – Attard & Co
2 imgħaref soy sauce – Attard & Co
2 imgħaref għasel – Attard & Co
Mgħarfa żejt tal-ġulġlien
Metodu għas-spring rolls
Qaxxar il-karrotti u qattagħhom f’biċċiet żgħar
Qatta’ l-ħjara għat tul, kif ukoll qatta’ t-tewm u l-ħass
Żid ma’ dawn l-ingredjenti kollha, l-kaboċċa mqatta’
Ipprepara żewġ twaġen u f’kull wieħed itfa ż-żejt taż-żebbuġa
Żid ftit melħ u bżar għat-togħma
F’taġen minnhom itfa l-kapuljat tad-dundjan, waqt li fl-ieħor itfa’ l-gambli
Kif jitqallew, Ifrex ir-rice papers
Itfa’ l-ħaxix li tkun lestejt fuq ir-rice papers
Fuq uħud itfa’ l-gambli, waqt li fuq oħrjn itfa’ l-kapuljat
Gerbeb biex tifforma spring roll
Metodu tas-sauce
F’bieqja itfa’ l-butir tal-karawett, il-ħall tar-ross, soy sauce, għasel, żejt tal-ġulġlien
Ħawwad sew u servi mal-ispring rolls